Assemblea 2022: Being close to each other in the style of the Gospel
The process 'A Church that Accompanies' is launched in the Diocesan Assembly 2022
19/11/2022L-Arċidjoċesi ta’ Malta nediet it-tielet sena ta’ proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Takkumpanja’. Dan sar waqt l-Assemblea Djoċesana annwali, fejn instemgħu esperjenzi varji dwar kif il-Knisja qed takkumpanja lin-nies fid-diversi ċirkustanzi ta’ ħajjithom. L-esperjenzi kienu jinkludu akkumpanjament li jsir fl-iskejjel mal-istudenti, l-għalliema, l-ġenituri u l-impjegati; u akkumpanjament fil-parroċċi fosthom mal-familji u ma’ dawk li ġarrbu xi telfa; u akkumpanjament mas-saċerdoti stess.
Dwar il-fażi ta’ akkumpanjament, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, qal: “Il-ħsieb hu li ngħinu biex l-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta matul is-sena d-dieħla joħorġu b’inizjattivi kreattivi u siewja fejn jidħol l-akkumpanjament… Read more »