Live: Admissions ballot for 2nd year Primary St Aloysius – 12th August 2022, 11:30am
12/08/2022Click here and click on SUBSCRIBE to keep yourself updated with the Archdiocese of Malta YouTube channel broadcasts. Read more »
…
News from the Church in Malta
Click here and click on SUBSCRIBE to keep yourself updated with the Archdiocese of Malta YouTube channel broadcasts. Read more »
…
Throughout August, the Archbishop’s Curia will be closed on Saturdays. Therefore, it will be closed on the 20 and 27 August 2022. Read more »
…
Il-President tal-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) Joseph Debono qal li kemm ilu jżur Lourdes, dejjem ra mirakli jseħħu fl-attitudnijiet tan-nies, u li dan iħeġġu biex ikompli jżur dan ir-raħal Franċiż.
F’intervista f’Lourdes fl-aħħar jiem, it-tabib Malti, li huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes, sostna li bħala xjentist u Nisrani jemmen fil-kruċjalità tal-provi fil-proċess li bih jiġi kkonfermat miraklu mill-Madonna ta’ Lourdes.
“Biex ngħidu li sar miraklu, irridu nkunu konvinti aħna li sar miraklu u ma nistgħux nidħqu bin-nies,” stqarr Debono… Read more »
L‑Arċisqof Charles Scicluna esprima t‑tama li fl‑iskejjel tal‑Knisja jiġu implimentati inizjattivi ta’ inklussività fi spirtu ta’ ftuħ u djalogu mal‑istakeholders kollha, partikolarment fl‑iskejjel li jaqgħu taħt it‑tmexxija diretta tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Huwa qal dan waqt laqgħa li saret dalgħodu fil‑Kurja tal‑Arċisqof ma’ madwar 50 edukatur mill‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir fil‑Belt Valletta, li jifforma parti u hu mmexxi mill‑Provinċja Dumnikana Maltija. L‑edukaturi kellhom l‑opportunità jsemmgħu leħinhom u jitkellmu mal‑Arċisqof Scicluna… Read more »
L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom…” (Mt 17:27). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelju, skont San Mattew lil Pietru meta jgħidlu jmur iħallas it-taxxa. Pietru kien iltaqa’ ma’ dawk li kienu qed jiġbru t-taxxa għat-tempju, u staqsewh jekk l-Imgħallem, jiġifieri Ġesù, kienx iħallas it-taxxa. U meta reġa’ lura d-dar, Ġesù lanqas ħallieh jistaqsih jew jitkellem fuq hekk, imma kellmu hu, Ġesù stess… Read more »
L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missieri għoġbu jagħtikom is-Saltna” (Lq 12:32). Dan il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu, u li jgħidu lilna wkoll illum bħala dixxipli tiegħu, hu kliem li jagħti kuraġġ u kliem ta’ qawwa għalina fil-ħajja tagħna. Ftit qabel, Ġesù kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu li huma ma għandhomx jittieħdu, jinkwetaw fuq ħafna affarijiet li huma sekondarji, imma għandhom jaħsbu fis-Saltna ta’ Alla… Read more »
Membri ġodda tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) iltaqgħu għall-ewwel darba mal-Arċisqof Charles Jude Scicluna nhar it-Tlieta 2 ta’ Awwissu, 2022. Din il-laqgħa seħħet fil-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi.
Normalment il-KDT tiltaqa’ tliet darbiet fis-sena mal-Arċisqof biex flimkien jiddiskutu diversi temi spiritwali jew soċjali li jolqtu lit-tfal. Madankollu l-attività tal-bieraħ saret b’mod differenti minħabba li sar tibdil konsiderevoli fil-membri u minflok saret b’tali mod li l-Arċisqof isir jaf aħjar lit-tfal u huma lilu… Read more »
In 2021, the Archdiocese of Malta, which includes more than 100 entities and employs more than 1,340 persons, registered a surplus of €3.4 million. This was a result of the receipt of the APS Bank dividend, after a one‑year gap, income from proceeds from the disposal of property, and an increase in collections in parishes when compared to 2020.
The results were announced by the Administrative Secretary of the Archdiocese of Malta, Michael Pace Ross, during a press conference at the Archbishop’s Curia… Read more »
Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
Dun Mario Mifsud Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imsida
L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp fl‑Imsida.
Dun Mario Mifsud twieled Ħ’Attard fis‑17 ta’ Mejju 1963 u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl-iskola statali tal-Ħamrun, is-sekondarja fil‑Liċeo, il‑Ħamrun u fis‑Seminarju Minuri. Qabel ma daħal għall‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, fl‑1988 ggradwa bħala accountant mill‑Università ta’ Malta.
Huwa ġie ordnat saċerdot fis‑16 ta’ Settembru 1994 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Read more »