News

Live: Funeral mass of Mgr Philip Calleja – 19th August, 3pm

  The Jesuits' Church, Valletta

Help the Archdiocese carry out its mission Donate »

Follow today’s Mass readings from here.

Prayer for Spiritual Communion

My Jesus, I believe that you are present in the most Blessed Sacrament.
I love You above all things.
I desire to receive You into my soul.
Since I cannot now receive You sacramentally,
come at least spiritually into my heart… Read more »

Motorbike pilgrimage on Santa Marija from Mġarr to Ħad-Dingli

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar it-Tnejn, 15 ta’ Awwissu 2022, jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

L-inizjattiva qed tittieħed għall-ħames darba minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.  

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:30am.  Il-pellegrinaġġ jibda fl-10a.m.  Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira.  … Read more »

A further €1.7 m investment toward restoration of Jesuits’ Church in Valletta

F’għeluq is-sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar investiment ta’ €1.7 miljun f’xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja u l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti li se jiżdiedu mat-€2.8 miljun li diġà ġew investiti mill-2015 sal-lum, sabiex din il-ġawhra patrimonjali tirritorna għall-istat glorjuż tagħha u tkompli titgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-Knisja kienet inbniet bejn l-1593 u l-1609 mill-Ordni tal-Ġiżwiti u fiha xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi, fost oħrajn, u l-artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Read more »

Parish priest placed on administrative leave

The Archdiocese of Malta has been informed that the parish priest of Marsaxlokk is due to face charges related to misappropriation of funds and money laundering. 

The priest has been placed on administrative leave with immediate effect while proceedings are underway. 

The parish will be placed under the care of an administrator appointed by Archbishop Charles Scicluna.  

The Archdiocese has offered its full cooperation to the authorities and will seek to establish whether long-standing policies related to donations have been followed by the parish priest. 

Since proceedings are underway, the Archdiocese will not be commenting further on this case and appeals to the media to respect the presumption of innocence so that justice can take its full and proper course… Read more »

Notice

Throughout August, the Archbishop’s Curia will be closed on Saturdays. Therefore, it will be closed on the 20 and 27 August 2022.  Read more »

Video: In Lourdes I see a miracle happening in people’s outlook – a Maltese doctor

Il-President tal-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) Joseph Debono qal li kemm ilu jżur Lourdes, dejjem ra mirakli jseħħu fl-attitudnijiet tan-nies, u li dan iħeġġu biex ikompli jżur dan ir-raħal Franċiż.

F’intervista f’Lourdes fl-aħħar jiem, it-tabib Malti, li huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes, sostna li bħala xjentist u Nisrani jemmen fil-kruċjalità tal-provi fil-proċess li bih jiġi kkonfermat miraklu mill-Madonna ta’ Lourdes.

“Biex ngħidu li sar miraklu, irridu nkunu konvinti aħna li sar miraklu u ma nistgħux nidħqu bin-nies,” stqarr Debono… Read more »

Archbishop Scicluna meets with staff at St Albert the Great College

L‑Arċisqof Charles Scicluna esprima t‑tama li fl‑iskejjel tal‑Knisja jiġu implimentati inizjattivi ta’ inklussività fi spirtu ta’ ftuħ u djalogu mal‑istakeholders kollha, partikolarment fl‑iskejjel li jaqgħu taħt it‑tmexxija diretta tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. 

Huwa qal dan waqt laqgħa li saret dalgħodu fil‑Kurja tal‑Arċisqof ma’ madwar 50 edukatur mill‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir fil‑Belt Valletta, li jifforma parti u hu mmexxi mill‑Provinċja Dumnikana Maltija. L‑edukaturi kellhom l‑opportunità jsemmgħu leħinhom u jitkellmu mal‑Arċisqof Scicluna… Read more »

To avoid offending them – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom…” (Mt 17:27). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelju, skont San Mattew lil Pietru meta jgħidlu jmur iħallas it-taxxa. Pietru kien iltaqa’ ma’ dawk li kienu qed jiġbru t-taxxa għat-tempju, u staqsewh jekk l-Imgħallem, jiġifieri Ġesù, kienx iħallas it-taxxa. U meta reġa’ lura d-dar, Ġesù lanqas ħallieh jistaqsih jew jitkellem fuq hekk, imma kellmu hu, Ġesù stess… Read more »

A truly inclusive Church – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of the Good Shepherd, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missieri għoġbu jagħtikom is-Saltna” (Lq 12:32). Dan il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu, u li jgħidu lilna wkoll illum bħala dixxipli tiegħu, hu kliem li jagħti kuraġġ u kliem ta’ qawwa għalina fil-ħajja tagħna. Ftit qabel, Ġesù kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu li huma ma għandhomx jittieħdu, jinkwetaw fuq ħafna affarijiet li huma sekondarji, imma għandhom jaħsbu fis-Saltna ta’ Alla… Read more »