Il-Kardinal Malti Mario Grech, li jinsab f’Addis Ababa, l-Etjopja, għall-Assemblea Kontinentali tal-Afrika, sab il-ħin jiltaqa’ mas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù li jservu lill-komunità f’dan il-pajjiż.
Il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu, kellu laqgħa mill-isbaħ ma’ dawn is-sorijiet, immexxija minn Madre Lutgarda li ilha sservi din il-missjoni għall-aħħar 54 sena, fejn fost l-oħrajn għandha r-responsabbiltà ta’ orfanotrofju.
Hu tkellem magħhom dwar il-missjoni ta’ dawn is-sorijiet, u esprima kemm hu kburi li l-Maltese Sisters kif jirreferu għalihom b’għożża l-Etjopjani, ġejjin minn ordni reliġjuża li twieldet fid-Djoċesi tiegħu, f’Għawdex… Read more »