Homilies by the Auxiliary Bishop

The difference between John the Baptist and Joseph – Bishop Galea-Curmi

Closing Mass for the Year of St Joseph

  The Church of St Joseph the Worker, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast qawwi li jidher bejn San Ġwann il-Battista u San Ġużepp. San Ġwann il-Battista kien “leħen jgħajjat fid-deżert”. Kien leħen qawwi, leħen sod, li nstama’ minn ħafna. San Ġużepp ma kienx leħen jgħajjat, anzi kien leħen li lanqas jinstema’, għax fl-Evanġelju ma ssibx x’qal. San Ġwann il-Battista kien jiġbor ħafna nies madwaru, u lilhom iwassal il-messaġġ tat-tħejjija għall-Mulej. San Ġużepp, fil-ħajja tiegħu, insibuh biss fil-familja, ma’ Marija u Ġesù… Read more »

The mother of our city – Bishop Galea-Curmi

Mass on Family Day

  The Collegiate of the Immaculate Conception, Bormla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Int Marija l-isbaħ ġawhra, Inti l-Omm ta’ din il-belt”. Dan hu l-kliem sabiħ tal-Innu ‘Omm Beltna’, li intom tkantaw b’ferħ u b’għożża f’din il-parroċċa. Hu innu li jenfasizza l-preżenza ta’ Marija f’din il-belt iddedikata lilha.

Fl-Evanġelju tal-lum għadna kif smajna ġrajja speċjali fil-ħajja ta’ Ġesù fejn hi enfasizzata l-preżenza ta’ Marija. Hemm sentenza speċjali f’din il-ġrajja li tgħid hekk: “Omm Ġesù kienet hemm”… Read more »

A strong message comes from the desert – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Second Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Forsi ftit nindunaw, meta naqraw din is-silta mill-Evanġelju skont San Luqa, il-messaġġ qawwi li hemm fl-ewwel biċċa, meta smajna dawk il-ħafna ismijiet. Hawnhekk San Luqa qed jgħid fuq nies li storikament kienu jeżistu, u qegħdin fil-kotba tal-Istorja, għax kienu nies hekk imsejħa “importanti”, nies li kellhom il-poter. Għalhekk isemmi lil min kien jaħkem fuq il-post kollu, u anke lil min kellu poter fuq ċerti oqsma partikulari… Read more »

Only speak the word

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“…Int għid kelma biss u l-qaddej tiegħi jfiq”. Din hi t-talba li għamel iċ-ċenturjun lil Ġesù, meta mar isibu, jitolbu jfejjaq lill-qaddej tiegħu li kien batut ħafna. Hawn għandna ġrajja tassew sabiħa li tgħidilna ħafna affarijiet sbieħ għal ħajjitna. Nixtieq li nħarsu kemm lejn iċ-ċenturjun, kif ukoll lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna permezz ta’ din il-ġrajja.

Iċ-ċenturjun kien bniedem li kellu responsabbiltà kbira… Read more »

A sign of hope – Bishop Galea-Curmi

Mass on the first Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ewwel impressjoni li tieħu meta tisma’ dan id-diskors ta’ Ġesù hu li qed jgħid kliem li jista’ joħloq ansjetà, ibeżża’, forsi wkoll joħloq paniku. Ġesù jsemmi, fost l-oħrajn, taqlib fin-natura, fosthom il-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ. F’maltempata qawwija dawn ikunu ħsejjes tal-biża’, speċjalment jekk tinżerta f’nofs ta’ baħar. Nafu li anke maltempata qawwija tax-xita, bħalma kellna nhar il-Ħamis li għadda, toħloq inkonvenjent kbir u forsi wkoll ansjetà… Read more »

His words will not pass away – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Dan hu li smajna lil Ġesù jgħid illum fl-Evanġelju, fl-aħħar sentenza, wara li qal lid-dixxipli biex iħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra, u minnhom jitgħallmu jaqraw ukoll is-sinjali taż-żmien. Imbagħad jgħid li s-sema u l-art jgħaddu, jiġifieri s-siġar ukoll jgħaddu, imma kliemu ma jgħaddix.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn dan is-sinjal li qed jgħid Ġesù… Read more »

A sincere and generous heart – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tefgħet aktar minnhom ilkoll”. Dan hu li Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq l-armla fqira li tefgħet biċċtejn żgħar tal-flus fit-teżor tat-tempju. Hu jqabbilha mal-għonja li wkoll tefgħu l-offerta tagħhom f’dan it-teżor. Jgħid “tefgħet aktar”. Imma veru tefgħet aktar? Jekk tqis l-ammont, il-kwantità, tefgħet inqas!

Għaliex Ġesù jgħid “tefgħet aktar”? Għax Ġesù ma jħarisx lejn il-kwantità, l-ammont u l-oġġett, imma lejn il-persuna, u jagħraf il-profondità tal-persuna… Read more »

Love is the power of his kingdom – Bishop Galea-Curmi

Mass on the solemnity of Christ the King

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta niċċelebraw is-solennità ta’ Kristu Sultan, x’qed nifhmu bi ‘Kristu Sultan’?

Nistedinkom tħarsu lejn l-artal u nippruvaw naraw liema hi l-aħjar rappreżentazzjoni ta’ Kristu Sultan. Żgur li għajnejna jmorru mill-ewwel fuq dik il-kuruna li hemm taħt l-artal, li mhux soltu tkun hemm, u qiegħda hemm proprju għall-festa tal-lum. Din tfakkarna fl-idea tagħna ta’ sultan. Forsi ngħidu: dik hi li tfakkarna li Kristu hu sultan… Read more »

Let’s work so this Assembly and what happens after bear fruit – Bishop Galea-Curmi

The opening message of the 2021 Diocesan Assembly

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nilqagħkom għal din l-Assemblea Djoċesana, li għall-ewwel darba, fiċ-ċirkustanzi tal-pandemija Covid-19 li għexna u li għadna fiha – qed issir b’mod hybrid. Hawn numru ta’ persuni fis-sala, u numru ħafna akbar li qed isegwu permezz taż-zoom.

L-Assemblea ta’ din is-sena rridu narawha fid-dawl tal-vjaġġ li qed nagħmlu bħala Knisja f’Malta, skont id-dokument ta’ tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed imniedi mill-Arċisqof f’Ġunju 2020… Read more »

Spellbound by him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu”. Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa, fejn joħroġ ħafna l-kuntrast, speċjalment fl-aħħar sentenza, bejn il-qassisin il-kbar, il-kittieba u l-kbarat tal-poplu li riedu jeqirdu lil Ġesù, u l-poplu li kien imqabbad miegħu biex jisimgħu. Hawn dan il-kuntrast bejn dawk li kellhom il-poter li riedu jużawh biex jeqirdu lil Ġesù, u n-nies ta’ ħajja ordinarja li raw fih persuna speċjali, u riedu jisimgħuh… Read more »