Generous people – Bishop Galea-Curmi
10/01/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Qegħdin hawnhekk fil-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù. L-Evanġelju skont San Mark jgħidilna li issa Ġwanni hu arrestat, u Ġesù jibda jxandar l-Aħbar it-Tajba. U jibda bil-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum. Is-Saltna ta’ Alla waslet, indmu u emmnu fl-Evanġelju”, kliem li juri wkoll ir-rabta ma’ Ġwanni l-Battista.
Nixtieq li naħsbu ftit fuq il-mod kif Ġesù jqiegħed din l-Aħbar it-Tajba. Jgħid: “is-Saltna ta’ Alla waslet”, imbagħad jistieden lin-nies biex jindmu u jemmnu fl-Evanġelju… Read more »














