Homilies by the Auxiliary Bishop

Lord, free us from hatred – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Saret tobogħdu”. Din hi l-kelma li smajna fl-Evanġelju skont San Mark fuq Erodja, li kienet miżżewġa lil Filippu imma mbagħad telqitu biex tmur toqgħod ma’ ħuh, ma’ Erodi. Lilu, lil Erodi, Ġwanni l-Battista kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk”. Minħabba f’hekk, Erodja saret tobogħdu, u bdiet taħseb b’liema mod tista’ teliminah. Imbagħad wasal il-jum meta Erodi għalaq żmienu, u għamel ikla, u t-tifla tagħha żifnet quddiem Erodi u dan tant ħa gost li qalilha: ‘Nagħtik kulma titlobni’… Read more »

The Almighty has done great things for me – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bdew jitolbuh ħafna lil Ġesù biex iwarrab minn pajjiżhom”. Dan hu li għamlu n-nies li ġew jaraw din il-ġrajja. Meta semgħu dak li kien ġara, u anke l-istorja drammatika ta’ kif Ġesù lil dan il-bniedem ħelsu mill-ispirti ħżiena, u mbagħad dawn marru fil-qżieqeż u dawn qabżu l-baħar u għerqu, baqgħu miblugħin bil-biża’. U lil Ġesù bdew jitolbuh biex jitlaq, iwarrab.

Il-kontra għamel dan il-bniedem li qabel kien bl-ispirti ħżiena fih, u li Ġesù ħelsu minn dawn l-ispirti ħżiena… Read more »

With truth and love – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Fourth Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb li indunajtu, fil-ġrajja tal-Evanġelju tal-lum, kif inbidlet l-imġiba tan-nies waqt li qed jisimgħu lil Ġesù. Fil-bidu, naqraw: “ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Meta semgħuh, għoġobhom dak li qal, u laqgħuh. Dan fil-bidu. Imma lejn l-aħħar, wara li jkompli jkellimhom, naqraw li “kulħadd imtela bil-korla”.  Qanqal fihom rabja kbira u ħarġuh ’il barra mill-belt bl-iskop li jixtħuh mix-xifer tal-irdum tal-għolja għal isfel… Read more »

He knows not how – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bla ma jaf kif”. Hekk jgħid San Mark fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq din il-parabbola ta’ Ġesù, ta’ dan ir-raġel li xeħet iż-żerriegħa fl-art, u din tinbet u tikber bla ma jaf kif.

Din il-parabbola, li nsibuha biss f’San Mark, għandha x’tgħidilna ħafna għall-ħajja tagħna. L-ewwel nett turina li għas-saltna ta’ Alla hi meħtieġa l-ħidma tagħna. Aħna għandna sehem x’nagħtu fis-saltna ta’ Alla… Read more »

Let’s not blaspheme against the Holy Spirit – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għandu fih lil Begħelżebul”. Din kienet l-akkuża li għamlu l-kittieba li niżlu minn Ġerusalemm, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mark – l-akkuża li għamlu kontra Ġesù. Ġesù hawnhekk kien il-Galilija, u l-Galilija sab ħafna nies jilqgħuh. Imma sab ukoll oppożizzjoni minn dawn il-kittieba li niżlu minn Ġerusalemm u bdew jgħidu mhux biss li għandu xitan, imma li għandu fih il-prinċep tax-xjaten, u li bis-saħħa tal-prinċep tax-xjaten qed ikeċċi x-xjaten… Read more »

The Word that helps us to live freely – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Third Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Paul's Shipwreck, San Pawl tat-Tarġa, Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif”. Hekk jikteb San Luqa fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, meta beda biex jgħid il-ġrajja ta’ Ġesù.

Waħda mill-affarijiet sbieħ fil-ħajja hi li tkompli titgħallem, li tkompli tirsisti biex tkun taf, biex ikollok it-tagħrif. Nafu li jekk ma tagħmilx hekk, tistaġna.

Nikbru fit-tagħlim

Din tgħodd ukoll fil-ħajja tal-fidi tagħna. Jekk aħna ngħidu, f’mument minnhom, li tgħallimna biżżejjed, li nafu kollox, inkunu żbaljati, għax hemm bżonn li nkomplu nikbru fit-tagħlim, u dan tul ħajjitna kollha… Read more »

Those whom he wanted – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sejjaħ lejh lil dawk li ried”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mark fl-għażla tat-tnax-il appostlu li għamel Ġesù. Hawnhekk għandna isimhom wieħed wieħed, u San Mark jispiċċa b’Ġuda l-Iskarjota “dak li ttradieh”.

Hi għażla misterjuża din ta’ Ġesù. Ma marx it-tempju jagħżel lil xi ħadd mill-għorrief u lanqas jidher li fittex nies ta’ qdusija kbira. Imma sejjaħ lejh lil dawn, u meta naraw l-ismijiet u iktar ’il quddiem naqraw fuq dawn l-appostli, nindunaw li sejjaħ lejh nies midinba u b’ħafna limitazzjonijiet u difetti… Read more »

The “new” that Jesus gives us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù, kien hemm tliet prattiċi reliġjużi komuni ħafna għal dawk li jemmnu: it-talb, l-għoti ta’ karità u s-sawm. Kienu diġà qabel fit-Testment il-Qadim, kienu fi żmien Ġesù, u baqgħu mbagħad fil-ħajja tal-Knisja, u għadhom ukoll illum prattiċi importanti ħafna għal min jemmen.

Iżda x’kien jiġri kultant, u jista’ jiġri anke llum? Li dawn jitqiesu bħala obbligi – għandek tagħmilhom – jew li tagħmilhom biex tidher li qed tagħmel it-tajjeb, u kultant in-nies kienu jinsew li l-ispirtu li għandu jmexxi dak li jagħmlu hu dak tal-imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn… Read more »

A heartfelt presence – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Omm Ġesù kienet hemm”. Dan id-dettall hu l-ewwel wieħed li jagħtina San Ġwann meta jitkellem dwar it-tieġ f’Kana tal-Galilija. Jgħidilna mill-ewwel li Marija, Omm Ġesù, kienet preżenti. Qisu mill-bidu jrid jindika li din il-preżenza se tagħmel differenza kbira f’dan it-tieġ. Marija tissemma qabel Ġesù, li l-Evanġelju jgħid li kien preżenti wkoll mad-dixxipli tiegħu.

Nixtieq li nħarsu ftit lejn din il-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana, u naraw Marija f’dan it-tieġ, u x’tgħidilna hi għall-ħajja tagħna… Read more »

Four people of great faith – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hu tassew rakkont sabiħ dan tal-mifluġ li kien merfugħ minn erbgħa min-nies biex jeħduh sa quddiem Ġesù. Niżżluh minn toqba fis-saqaf biex Ġesù jfejqu. Ħa nħarsu ftit lejn dan ir-rakkont u naraw dawk li ħadu sehem attiv f’din il-ġrajja u dak li jgħallmuna.

L-ewwel nett, dawn l-erbgħa min-nies kellhom biċċa xogħol. Kellhom iġorru lill-mifluġ fuq il-friex u jeħduh sa quddiem Ġesù… Read more »