Names that have a meaning – Bishop Galea-Curmi
17/12/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Meta naqraw dawn l-ismijiet, forsi jiġina f’moħħna: kellu għalfejn San Mattew, fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, jagħtina din il-lista ta’ ismijiet, li għalina ħafna minnhom huma strambi? Jista’ jkun ukoll li ħafna minnhom għalina ma jfissru xejn, għalkemm il-parti l-kbira ta’ dawn l-ismijiet qegħdin fit-Testment il-Qadim. Imma hemm skop għaliex San Mattew fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu jġib din il-ġenealoġija, l-arblu tar-razza ta’ Ġesù. Hemm skop, u n-nies fost il-poplu Lhudi li kienu qed jaqraw l-Evanġelju – għax San Mattew kiteb għalihom – setgħu jifhmu t-tifsira ta’ dawn il-persuni li jissemmew hawnhekk… Read more »














