Homilies by the Auxiliary Bishop

The spirit of truth – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fid-diskors twil li għamel Ġesù fl-Aħħar Ċena, fl-Evanġelju skont San Ġwann, hu jmiss diversi punti. Isemmi diversi punti għad-dixxipli tiegħu, speċjalment biex jibqgħu jiftakruhom ’il quddiem, għall-ħajja futura tagħhom. Hawn jitkellem fuq il-miġja tal-Ispirtu s-Santu f’Pentekoste. Ġesù juża diversi titli biex ifisser min hu l-Ispirtu s-Santu. Hawn isejjaħlu “d-difensur”, f’post ieħor “il-konsolatur”. Nixtieq li nieqfu fuq titlu minnhom li jsemmi llum fl-Evanġelju: “l-Ispirtu tal-verità” (Ġw 15:26)… Read more »

God dwells in us – Bishop Galea-Curmi

Mass on the sixth Sunday of Easter

  The Parish Church of St Augustine, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Aħna niġu u ngħammru għandu”. Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Ġwann meta jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Dal-kliem “niġu u ngħammru għandu” ifakkarna fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann, fil-prologu, meta qed jitkellem fuq l-Iben ta’ Alla li sar bniedem u jgħid: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna (Ġw 1:14)”… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Sixth Sunday of Easter

Reflection for the Sixth Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Jn 14:23-29

Jesus replied, “Anyone who loves me will obey my teaching. My Father will love them, and we will come to them and make our home with them. Anyone who does not love me will not obey my teaching. These words you hear are not my own; they belong to the Father who sent me… Read more »

The commandment of love – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin…”. Hekk jgħid Ġesù fil-bidu u fl-aħħar ta’ din is-silta qasira mill-Evanġelju skont San Ġwann. Hawnhekk qiegħed fid-diskors tal-Aħħar Ċena. Qed jagħmel din l-enfasi li dan hu l-kmandament tiegħu: “Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin”.

Forsi domanda li nagħmlu hi: kif jista’ jikkmanda l-imħabba? Kif tista’ tikkmanda lil xi ħadd biex iħobb? … Read more »

For the greater glory of God and for the good of others – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 500th anniversary of the conversion of St Ignatius of Loyola

  St Ignatius College, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja ta’ San Injazju hi storja ħafna drabi drammatika. Dan kien bniedem b’ambizzjoni kbira u ried li jkun suldat tajjeb, suldat li lest għal kull battalja. Aħna nafu li l-bidu tal-konverżjoni tiegħu jmur lura għal battalja minnhom – il-battalja ta’ Pamplona, fi Spanja viċin ħafna ta’ Franza – fejn San Injazju kien qed jiġġieled u jagħmel ħiltu fil-battalja, imma mbagħad intlaqat minn balla ta’ kanun li tertqitlu siequ l-leminija u anke feriet ix-xellugija… Read more »

We resemble the servant Jesus Christ – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of St Publius, Floriana

“Il-Knisja f’Malta għandha storja twila ta’ għajnuna diretta lin-nies fil-bżonn permezz ta’  donazzjonijiet ta’ flus, ħwejjeġ u servizzi. Kuljum, kull ġimgħa u kull sena, il-poplu Malti jisma’, jinkuraġġixxi u jgħin nies fil-bżonn. Minn dejjem kellna tradizzjoni ta’ ħidma favur dawk li huma fil-bżonn; fil-fatt waħda mill-isbaħ karatteristiċi tal-Knisja tagħna hi l-ġenerożità tagħna b’risq oqsma ta’ emarġinazzjoni u faqar… Ftit huma l-appelli għall-għajnuna, f’Malta jew barra, li ma jkollhomx tweġiba ta’ ġenerożità li timpressjonak” (Djakonija u Ġustizzja, 6)… Read more »

We observe his word because we love him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għal aktar minn darba, fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, Ġesù jenfasizza r-rabta bejn l-imħabba lejh u li nħarsu l-kelma tiegħu, li nħarsu l-kmandamenti tiegħu. Jgħid: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). U aktar tard jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti” (Ġw 14:23).

Din ir-rabta Ġesù jenfasizzaha hawn, imma anke f’mumenti oħra; jiġifieri li aħna, sforz l-imħabba tagħna lejh, nagħmlu dak li jgħidilna hu… Read more »

How all will know who you are – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fifth Sunday of Easter

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu…” L-ewwel kelmiet ta’ din is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann turina l-waqt meta Ġesù, waqt l-Aħħar Ċena, qal il-kliem li smajna fl-Evanġelju. Kien għadu kif ħabbar li wieħed mid-dixxipli kien se jittradih, u d-dixxipli stagħġbu u bdew jippruvaw jaraw min, għax Ġesù ma kienx semma ismu. Imbagħad Ġesù qal: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu”, u għamel hekk u taha lil Ġuda, u Ġuda ħadha u ħareġ miċ-ċenaklu… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Fifth Sunday of Easter

Reflection for the Fifth Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Jn 13:31-33a,34-35

When he had gone out, Jesus said, “Now the Son of Man has been glorified, and God has been glorified in him. If God has been glorified in him, God will also glorify him in himself and will glorify him at once. Little children, I am with you only a little longer… Read more »

To not trouble our heart – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk qegħdin fl-ewwel versi tal-Kapitlu 14 ta’ San Ġwann – diskors twil li jibqa’ sejjer sal-aħħar tal-Kapitlu 17. Ġesù jgħidilhom “tħallux qalbkom titħawwad”, għax ftit qabel kien qalilhom: “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu” (Ġw 13:33). Din ħawdithom, u kien hemm dik ir-reazzjoni ta’ Pietru li qallu: jien lest li nagħti ħajti għalik, inkun miegħek dejjem… Read more »