Some throw the net, others fix it – Bishop Galea-Curmi
21/01/2024 Parish Church, BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla” (Mk 1:14). Dan hu l-mod kif jiftaħ l-Evanġelju tal-lum, skont San Mark, u mal-ewwel l-enfasi hi fuq il-kelma: il-kelma li Ġesù jwassal li hi l-Aħbar it-Tajba. Għalhekk ‘l-Evanġelju’ – kelma li tfisser l-Aħbar it-Tajba.
F’dan il-Ħadd partikolari – it-Tielet Ħadd tas-Sena – il-Papa Franġisku jistedinna nirriflettu b’mod speċjali fuq il-kelma ta’ Alla, li għandha tkun kelma li aħna nisimgħu, li sservi ta’ ispirazzjoni għall-ħajja tagħna, u li aħna nwasslu lill-oħrajn… Read more »














