A word that is light for our lives – Bishop Galea‑Curmi
25/01/2026 Our Lady of Lourdes Parish Church, San ĠwannL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Warrab lejn il-Galilija” (Mt 4:12) L-ewwel kliem tal-Evanġelju tal-lum, skont San Mattew, jurina lil Ġesù jwarrab. Arrestaw lil Ġwanni, u Ġesù, jgħid l-Evanġelju, “warrab lejn il-Galilija”. Mhux spiss li nsibu lil Ġesù jwarrab. Imma r-raġuni għaliex warrab ma kinetx għaliex kien qed jibża’, imma għaliex ra li hemm bżonn imur post ieħor fejn jista’ jaqdi l-missjoni tiegħu aħjar.
Fil-fatt, meta mar lejn il-Galilija, għandna hawnhekk il-kliem ikkwotat mill-Profeta Isaija: “Il-poplu li kien miexi fid-dlam, ra dawl kbir” (Isaija 9:1)… Read more »













