A walk with a heart full of gratitude – The Auxiliary Bishop on the first anniversary from his episcopal ordination
05/08/2019- L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
-
Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
4 ta’ Awwissu 2019Waħda mill-mistoqsijiet li kemm-il darba smajt matul din is-sena kemm ili isqof hi: “Mela għadek timxi?” Ġieli niltaqa’ ma’ xi ħadd jien u ġej lejn il-knisja ta’ Ħal Balzan, jew meta mmur nimxi aktar ’il bogħod, u jistaqsini: “Mela għadek timxi?”
Nifhem il-mistoqsija, imma r-risposta tiegħi hi: kemm ili isqof, iktar hemm bżonn nimxi, mhux inqas! …














