Homilies by the Auxiliary Bishop

Trust in the Lord, and do good – Bishop Galea-Curmi to the new graduates

Mass with new University graduates

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Afda fil-Mulej u agħmel it-tajjeb” (Salm 37:3). Dan hu li għedna fis-salm illum, u dan hu li nixtieq nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież studenti li qed tiċċelebraw Jum il-Gradwazzjoni tagħkom. Hija din it-talba tiegħi: biex fil-ħajja tagħkom, u fil-professjoni tagħkom, tfittxu li jkollkom fiduċja fil-Mulej, tafdaw fih, u tagħmlu dejjem dak li hu tajjeb.

Qegħdin miġburin flimkien għall-Ewkaristija li hi ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament… Read more »

We do not turn a blind eye to what is wrong – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar” (Lq 17:2). Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa, meta qed jitkellem fuq min jagħti skandlu. Hu juża dan il-kliem kulurit biex jagħti dan il-messaġġ qawwi. Ġebla ta’ tħin hi ġebla kbira b’toqba fin-nofs. Jekk inti tagħmilha ma’ għonq xi ħadd u titfgħu l-baħar, hu ovvju li dan mhux se jibqa’ fil-wiċċ, imma se jinżel fil-qiegħ tal-baħar, se jisparixxi… Read more »

A striking contrast – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast qawwi li Ġesù joħloq illum, fl-Evanġelju skont San Mark, bejn min-naħa l-waħda l-kittieba, li kienu nies influenti fis-soċjetà ta’ żmienu, u min-naħa l-oħra l-armla fqira, li ma kellha ebda influenza fis-soċjetà. Permezz ta’ dan il-kuntrast, Ġesù jrid iwassal messaġġ li hu importanti ħafna għall-ħajja tagħna.

It-Tentazzjoni tal-apparenzi

X’jgħid Ġesù fuq il-kittieba? Jgħid li dawn kienu jidhru minn barra li qed jagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u tajbin, bħal meta jdumu jitolbu, iduru mat-toroq… Read more »

Using our heads for what is good – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Amministratur ħażin” (Lq 16:8). Hekk isejjaħlu Ġesù lil dan l-amministratur li fuqu qal din l-istorja – storja ta’ bniedem għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qed iberbaqlu ġidu. Jidher li s-sid emminha din, għax meta sejjaħlu, qallu: “ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi” (Lq 16:2). Imma jidher li anke l-amministratur b’xi mod ammettieha din, għax meta sejjaħlu sidu, ma qallux: isma’, dan li qed tisma’ fuqi huma xnigħat foloz, mhu veru xejn, ħa nurik kif mhux veru… Read more »

Generous love – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom” (Lq 14:12). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lill-kap tal-Fariżej, kif smajna fl-Evanġelju skont San Luqa llum, u f’dan il-kliem hemm il-qofol tal-messaġġ li qed jagħtina Ġesù llum. Hawnhekk kien qed jitkellem miegħu fuq lil min għandu jistieden għall-ikel, u qed jgħidlu biex meta jagħmel stedina għall-ikel, jistieden lil min ma jistax iroddlu “pjaċir bi pjaċir” (Lq 14:14)… Read more »

Sent to spread the Good News – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sejjaħ lejh lid-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax li semmiehom appostli” (Lq 6:13). Qegħdin nagħmlu llum il-festa ta’ tnejn minn dawn l-appostli – San Xmun u San Ġuda – u din is-silta mill-Evanġelju skont San Luqa turina l-għażla ta’ dawn it-tnax li Ġesù sejħilhom appostli. Hu kellu d-dixxipli, jiġifieri dawk li jimxu warajh, u kellu dawk li għażel minn fost id-dixxipli, it-tnax, li semmiehom appostli, kelma li tfisser “mibgħutin”… Read more »

Questions that make us think – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kien jgħallem u juri lin-nies kif għandhom jgħixu, imma kultant Ġesù mhux biss kien jgħid dan, imma kien jagħmel mistoqsijiet. Fil-fatt, ħaġa li tolqtok hi meta tara n-numru ta’ mistoqsijiet li Ġesù kien jagħmel biex iġiegħel lin-nies jaħsbu. U hawn, fl-Evanġelju tal-lum, għandna żewġ mistoqsijiet li Ġesù jagħmel lin-nies. L-ewwel mistoqsija: “…iż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?” (Lq 12:56) U t-tieni mistoqsija: “U għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?” (Lq 12:57)

L-ewwel mistoqsija li għamel Ġesù hi għaliex ilmenta man-nies kif huma kienu kapaċi jaraw it-temp u jgħidu hix ġejja x-xita jew hux se tagħmel is-sħana – fil-fatt jgħid “tafu taqraw wiċċ is-sema u wiċċ l-art ukoll” (Lq 12:56) – imbagħad jgħid: “mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?” Ġesù qed jgħid: intom kapaċi taqraw it-temp, u taraw hux se jagħmel maltemp jew hix se tkun is-sħana, imma ż-żmien ta’ issa le… Read more »

A heart full of love – Bishop Galea-Curmi

  The chapel in the Convent of the Augustine Sisters Servants of Jesus and Mary

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bilqiegħda mal-ġenb tat-triq” (Mk 10:46). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mark, fuq dan il-bniedem li kien għama u kien ukoll tallab, li kien bilqiegħda mal-ġenb tat-triq kif kien għaddej Ġesù, flimkien ma’ “kotra kbira ta’ nies” (Mk 10:46). Dal-bniedem kien qiegħed hemmhekk qisu mwarrab, filwaqt li kienu għaddejjin f’din il-mixja, Ġesù, id-dixxipli u nies. Jien nixtieq li nħarsu lejn dawn it-tlieta: lejn dan il-bniedem għama, lejn il-folla tan-nies, u lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna għall-ħajja tagħna… Read more »

We use wealth to do good – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa, u jgħidu għax kien hemm xi ħadd mill-folla li talbu biex jindaħal fin-nofs ħalli jgħin biex ħuh jaqsam il-ġid miegħu. Ġesù ma riedx li jiddeffes fi kwestjonijiet familjari, imma mbagħad jieħu l-ispunt biex jgħid lin-nies dan il-messaġġ importanti fuq ir-regħba… Read more »

Be defenders of life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Armed Forces Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħmel il-ħila u qawwi qalbek; tibżax u titħawwadx għax il-Mulej, Alla tiegħek, ikun miegħek kull fejn tmur” (Ġoż 1:9).

Għeżież membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, dan il-kliem meħud mill-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Ġożwè huwa l-awgurju tiegħi llum lil kull wieħed u waħda minnkom f’dan il-jum speċjali. Nixtieq li din iċ-ċelebrazzjoni tkun għalikom inkoraġġiment – tgħinkom biex tqawwu qalbkom għax il-Mulej jakkumpanjakom fil-ħidma tagħkom hekk importanti… Read more »