Featured

He chose us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għada s-Sibt hi ġurnata sabiħa ħafna għall-Knisja f’Malta għax l-Arċisqof se jordna erba’ saċerdoti ġodda. Fid-djoċesi ta’ Għawdex, ftit ġranet ilu, l-Isqof ta’ Għawdex ordna żewġ saċerdoti ġodda. Hi sabiħa għax hi ċ-ċelebrazzjoni tas-sejħa li għamel il-Mulej, u tat-tweġiba ġeneruża ta’ dawn iż-żgħażagħ. Tfakkarna ħafna f’dal-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott, u l-frott tagħkom jibqa’.” Hi din l-għażla li għamel il-Mulej, u t-tweġiba ta’ dawn iż-żgħażagħ, biex il-Mulej jagħtihom din il-missjoni li jagħmlu frott li jibqa’… Read more »

Staying close – Bishop Galea-Curmi

Message during the Prayer Vigil for the new priests

  The Capuchin Church, Kalkara

Nirringrazzjaw flimkien lil Alla għad-don tas-saċerdozju li qed jagħti lil Roderick, Jean Claude, Joshua u Mark, u li permezz tagħhom qed jagħti lill-Knisja, speċjalment lill-Knisja f’Malta. Hija okkażjoni ta’ ferħ kbir! Flimkien nirringrazzjaw lil Alla b’qalb mimlija mħabba, u nitolbuh ħafna għalihom.

Din ir-riflessjoni fiċ-ċelebrazzjoni li għamilna llum, li hi marbuta mal-ħsieb tal-Papa Franġisku, hi ta’ għajnuna kbira għalikom bħalma hi għalina, għal kull wieħed u waħda minna… Read more »

A strong link – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fifth Sunday of Easter

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Min hu midħla tad-dwieli, jifhem mill-ewwel il-kliem ta’ Ġesù llum. Imma anke min ma jifhem xejn fid-dwieli, jista’ jifhem it-tixbiha ta’ Ġesù. Ġesù, biex ifisser ir-rabta tiegħu magħna u tagħna miegħu kif għandha tkun, jgħid: “Jiena d-dielja, intom il-friegħi”.

Ixebbah lilu nnifsu mad-dielja u aħna friegħi tiegħu li jkollna l-ħajja biss jekk magħqudin miegħu. Il-fergħa ma tgħixx b’ħajja differenti minn dik taz-zokk prinċipali… Read more »

The Sunday Gospel: 2nd May

Readings of the day
Fifth Sunday of Easter

First Reading: Acts 9, 26-31
Psalm: 21(22), 26b-27,28,30,31-32
Second Reading: 1 Jn 3, 18-24

Gospel: Jn 15, 1-8

In those days, Jesus said to his disciples: “I am the true vine, and my Father is the vinegrower. He removes every branch in me that bears no fruit. Every branch that bears fruit he prunes to make it bear more fruit. You have already been cleansed by the word that I have spoken to you. 

Abide in me as I abide in you… Read more »

A hardworking man – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Joseph the Worker

  The Parish Church of St Joseph the Worker, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-vara sabiħa ta’ San Ġużepp Ħaddiem li hawn f’din il-parroċċa, li s-sena d-dieħla jaħbat il-50 sena minn meta waslet u ħarġet l-ewwel darba fil-purċissjoni, hi vara unika fost il-vari titulari ta’ pajjiżna għax hi l-unika waħda li turi lil San Ġużepp bħala ħaddiem. Meta tħares lejha, tinduna li diġà hemm messaġġ importanti ħafna għalina, għall-ħajja tagħna. Nixtieq li nħares biss lejn dettall partikulari ta’ din il-vara – iż-żewġ idejn ta’ San Ġużepp, par idejn bieżla, li juruk diġà min-naħa San Ġużepp li hu l-missier putattiv ta’ Ġesù, u min-naħa l-oħra San Ġużepp mastrudaxxa, San Ġużepp ħaddiem… Read more »

Words that encourage us – Bishop Galea-Curmi

Mass in the memorial of Pope St Pius V

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù hu kliem ta’ inkoraġġiment lid-dixxipli, u lilna wkoll. Tajjeb li nifhmu l-kuntest ta’ dan li qed jgħid Ġesù. Kien għadu kif qal lid-dixxipli, ftit qabel, li sejjer, u qalilhom “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu”. Dan ħoloq ħafna mistoqsijiet, Pietru l-ewwel wieħed qallu: “Fejn sejjer, Mulej?” U Tumas qallu: “Aħna ma nafux fejn inti sejjer.”

Ġesù għaraf dan, li d-dixxipli kienu mħawdin, imbeżżgħin, konfużi… Read more »

One Church, One Journey: the Church in Malta continues the process of listening

Webinar ‘A Church that Listens’

Il-Knisja f’Malta organizzat it-tieni laqgħa online dwar il-proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, li saret it-Tlieta 27 ta’ April 2021. Għall-webinar bit-tema ‘Knisja li tisma’’ attendew madwar 170 parteċipant fuq il-pjattaforma Zoom. Il-preżentazzjoni, il-filmat u d-diskussjoni fil-gruppi permezz tal-breakout rooms iffukaw fuq l-attitudni pastorali tas-smigħ b’enfasi fuq x’tip ta’ smigħ għandna nagħmlu bħala dixxipli missjunarji u bħala Knisja.

Il-parteċipanti ddiskutew tliet mistoqsijiet marbuta ma’ din il-proċess: x’inhu meħtieġ biex is-smigħ tal-Kelma jitpoġġa fiċ-ċentru u x’riżorsi hemm bżonn biex dan isir; x’inhu meħtieġ biex is-smigħ iwassal għal għaqda ikbar tal-komunità Nisranija u biex ikun hemm komunikazzjoni aħjar; u s-smigħ tar-realtà li jwassal ghal tweġiba pastorali kuraġġjuża li hi meħtieġa fis-sitwazzjoni tal-lum li ġiet affettwata daqstant mill-pandemija… Read more »

Trust, renewal, be of service – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 350th anniversary of St Cajetan's canonisation

  The Archpretal Church of St Cajetan, Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħa nimmaġinaw ftit li qegħdin fis-7 ta’ Awwissu, mhux hawnhekk imma l-Arġentina, il-post minn fejn ġie l-Papa. U fil-periferija tal-kapitali tal-Arġentina, Buenos Aires, hemm kju twil ħafna ta’ nies, tul ta’ xi 15-il triq, qegħdin mexjin bil-mod il-mod lejn knisja. Din hi x-xena quddiem il-knisja, u t-toroq li jwasslu għall-knisja, is-Santwarju ta’ San Gejtanu, fil-kwartieri ta’ Liniers. Dawn in-nies jiġu fis-7 ta’ Awwissu, fil-festa tiegħu, mill-Arġentina kollha biex jagħtu qima lil dan il-qaddis, min biex jirringrazzjah, min biex jitolbu… Read more »

The gate which leads to life – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast kbir li jagħmel Ġesù fl-Evanġelju tal-lum, lejn l-aħħar ta’ din is-silta, meta min-naħa l-waħda jsemmi min jidħol biex jisraq, jeqred u joqtol u, min-naħa l-oħra, Ġesù li ġie biex jagħtina l-ħajja u l-ħajja bil-kotra. Hemm dan il-kuntrast bejn min-naħa, il-qerda tal-ħajja, u min-naħa l-oħra, il-milja tal-ħajja.

Għalhekk Ġesù fl-Evanġelju jsemmi li hu l-bieb li jagħti għall-ħajja. Hawn jgħid iktar minn darba li hu l-bieb tan-nagħaġ, minn fejn jgħaddu n-nagħaġ ħa jsibu fejn jirgħu… Read more »