Trust in God which will bear fruit in every season – Bishop Galea-Curmi
28/05/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm minjiera ta’ tagħlim f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Mark. Għall-bidu taħseb li Ġesù qam b’burdata ħażina, waħda wara l-oħra! Imma meta tara fil-fond din is-silta, li qiegħda wara d-daħla messjanika ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, u issa li qed joqrob dejjem aktar lejn il-passjoni u l-mewt tiegħu, tara din it-tifsira kbira.
Speċjalment kif hemm ġo xulxin il-ġrajja ta’ Ġesù u s-siġra tat-tin – din il-ġrajja qiegħda maqsuma fi tnejn – u f’nofsha hemm il-ġrajja ta’ Ġesù fit-tempju… Read more »














