Featured

Forsaken – an art exhibition inspired by poetry

  Caritas Community Centre, Ħamrun

Wara sentejn Caritas Malta se ttella’ wirja ta’ arti ispirata mill-poeżija ta’ Michael Boffa. Matul il-wirja se jitnieda wkoll il-ktieb tal-poeżiji Forsaken, li jġorr l-istess isem tal-wirja u li jinkludi x-xogħlijiet artistiċi abbinati mal-poeżiji ta’ Boffa.

Il-poeżiji ta’ Boffa nkitbu f’mumenti diffiċli li kien għaddej minnhom u jirriflettu l-emozzjonijiet li kien qed iħoss f’dak iż-żmien. Dawn il-poeżiji, 30 b’kollox, ingħaddew f’idejn 10 artisti u kull poeżija ġiet interpretata f’xogħol ispirat mill-istess poeżija… Read more »

Help of Christians – Bishop Galea-Curmi

  The Church of Sacred Heart of Jesus (St Patrick), Tas-Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara hi festa li issa ilha żmien twil tiġi ċċelebrata fil-Knisja. Dejjem kienet marbuta mal-għajnuna li Marija tagħti lill-Knisja, lilna lkoll, fid-diffikultajiet tal-ħajja tagħna.

Fil-fatt kien għamilha festa l-Papa Piju VII li kien ntefa’ l-ħabs fi Franza minn Napuljun, u meta rritorna lura minn Franza, wasal Ruma proprju fl-24 ta’ Mejju 1814. U ried li mis-sena ta’ wara, dakinhar tkun iċċelebrata l-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, bi gratitudni lejn Marija u l-għajnuna tagħha fi żmien diffiċli… Read more »

Malta’s first hospice complex heading steadily towards completion

Works on Malta’s first hospice complex for palliative care services are nearly complete. The project is expected to become fully operational by end 2023. The Board of Governors and Chief Executive Officer of the National Development and Social Fund (NDSF) visited the premises and witnessed the extensive works that have been completed over the past months.

Located in the former Adelaide Cini Institute in Santa Venera, the 11,000sqm complex was previously owned by the Church but was formally handed over to Hospice Malta in 2019Read more »

Having Jesus as a friend sets you free – The Archbishop

  The Archbishop's Seminary Church, Tal-Virtù, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù donnu għandu ħerqa kbira biex ma jibqax magħna u din hi xi ħaġa stramba għax aħna tant inħobbuh u hu tant iħobbna, li nixtiequ li jkun dejjem magħna u aħna nkunu miegħu.

Ir-risposta hi li Ġesù, għalkemm ma narawhx bħalma naraw lil xulxin, xorta għadu magħna u fil-fatt jibagħtilna lill-Ispirtu s-Santu li hu jsejjaħlu d-‘difensur’ propju biex jibqa’ magħna… Read more »

The spirit of truth – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fid-diskors twil li għamel Ġesù fl-Aħħar Ċena, fl-Evanġelju skont San Ġwann, hu jmiss diversi punti. Isemmi diversi punti għad-dixxipli tiegħu, speċjalment biex jibqgħu jiftakruhom ’il quddiem, għall-ħajja futura tagħhom. Hawn jitkellem fuq il-miġja tal-Ispirtu s-Santu f’Pentekoste. Ġesù juża diversi titli biex ifisser min hu l-Ispirtu s-Santu. Hawn isejjaħlu “d-difensur”, f’post ieħor “il-konsolatur”. Nixtieq li nieqfu fuq titlu minnhom li jsemmi llum fl-Evanġelju: “l-Ispirtu tal-verità” (Ġw 15:26)… Read more »

The book ‘Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja’ is launched

The book ‘Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja’ was launched by Drachma Parents, a support group for parents of LGBTI+ persons, on Tuesday, 17 May 2022, as part of the commemorations of the International Day Against Homophobia, Biphobia and Transphobia. The name of the book is taken from the Book of Prophet Isaiah (Is. 49:16) – ‘I have engraved you on the palms of my hands’… Read more »

God dwells in us – Bishop Galea-Curmi

Mass on the sixth Sunday of Easter

  The Parish Church of St Augustine, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Aħna niġu u ngħammru għandu”. Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Ġwann meta jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Dal-kliem “niġu u ngħammru għandu” ifakkarna fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann, fil-prologu, meta qed jitkellem fuq l-Iben ta’ Alla li sar bniedem u jgħid: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna (Ġw 1:14)”… Read more »

The Sunday Gospel: 22nd May

Sixth Sunday of Easter
Readings of the day

First Reading: Acts 15:1-2,22-29
Psalm: 66 (67):2-3,5,6 & 8
Second Reading: Revelation 21:10-14,22-23

Gospel: John 14:23-29

Jesus answered and said to him, “Whoever loves me will keep my word, and my Father will love him, and we will come to him and make our dwelling with him. Whoever does not love me does not keep my words; yet the word you hear is not mine but that of the Father who sent me… Read more »

The commandment of love – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin…”. Hekk jgħid Ġesù fil-bidu u fl-aħħar ta’ din is-silta qasira mill-Evanġelju skont San Ġwann. Hawnhekk qiegħed fid-diskors tal-Aħħar Ċena. Qed jagħmel din l-enfasi li dan hu l-kmandament tiegħu: “Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin”.

Forsi domanda li nagħmlu hi: kif jista’ jikkmanda l-imħabba? Kif tista’ tikkmanda lil xi ħadd biex iħobb? … Read more »

For the greater glory of God and for the good of others – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 500th anniversary of the conversion of St Ignatius of Loyola

  St Ignatius College, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja ta’ San Injazju hi storja ħafna drabi drammatika. Dan kien bniedem b’ambizzjoni kbira u ried li jkun suldat tajjeb, suldat li lest għal kull battalja. Aħna nafu li l-bidu tal-konverżjoni tiegħu jmur lura għal battalja minnhom – il-battalja ta’ Pamplona, fi Spanja viċin ħafna ta’ Franza – fejn San Injazju kien qed jiġġieled u jagħmel ħiltu fil-battalja, imma mbagħad intlaqat minn balla ta’ kanun li tertqitlu siequ l-leminija u anke feriet ix-xellugija… Read more »