Featured

Energy and creativity – Bishop Galea‑Curmi

Mass on Pentecost Sunday

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa dan li aħna se nistqarru ftit ieħor meta nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna. Hu dan li tfisser il-festa li qed niċċelebraw illum, il-festa ta’ Pentekoste, l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli; u għalhekk it-twelid tal-Knisja, li twieldet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Minn nies li aktar moħħhom kif se jsalvaw ġildhom, għamilhom nies li lesti li jagħtu ħajjithom… Read more »

The Spirit of the Lord is a good friend, he is there to be our guide and counsellor – The Archbishop

Holy Mass on the Solemnity of Pentecost

  The Shrine of Our Lady of Mellieħa

Sunday Mass from the Shrine of Our Lady of Mellieħa – 31 May, 10:30am

Sunday Mass from the Shrine of Our Lady of Mellieħa – 31 May, 10:30amPowered by Restream https://restream.io/

Posted by Archdiocese of Malta on Sunday, May 31, 2020 Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

The Gospel we have just heard from Chapter 20 of John, brings us back to the first day, to the day of the resurrection… Read more »

A message by the Archbishop to adolescents preparing for the Sacrament of Confirmation

  The Archbishop's Curia, Floriana

Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-adolexxenti li qegħdin jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof fakkarhom li l-Ispirtu s-Santu li se jirċievu ‘l quddiem f’dan is-sagrament huwa dak li se jibqa’ magħhom għal dejjem. Read more »

The Bishops invite the faithful to join Pope Francis in prayer

Lourdes Grotto, the Vatican Gardens (Photo: CNS photo/L’Osservatore Romano)

The Bishops of Malta and Gozo invite all the faithful to join in prayer on the Solemn Feast of Pentecost, tomorrow, which should have also marked the visit of His Holiness Pope Francis to our islands. The Bishops invite them to pray for Pope Francis, for the Church, for our country and for the whole world… Read more »

Live: Rosary with Pope Francis – 30 May, 5:30pm

  Lourdes Grotto, the Vatican Gardens

Illum is‑Sibt 30 ta’ Mejju, fil‑5:30pm, il‑Papa Franġisku se jingħaqad ma’ santwarji Marjani minn madwar id‑dinja u jmexxi t‑talba tar‑Rużarju biex bl-għajnuna t’Alla tintemm il-pandemija tal-Covid-19 fid-dinja.

Ir‑Rużarju se jixxandar b’mod dirett mill‑Grotta ta’ Lourdes li tinsab fil‑Ġonna tal‑Vatikan, fuq TVM2, Newsbook.com.mt u knisja.mt, kif ukoll mill-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Read more »

Ir-Rużarju bil-lingwa tas-sinjali …

Help from parish priests to students who are sitting for their exams

54 parishes available for students to take their exams

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill‑istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l‑eżamijiet online fil‑ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l‑istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l‑eżami. Numru ta’ kappillani qed joffru wkoll lill‑istudenti s‑servizz ta’ Wi‑Fi li għandhom fil‑bini tal‑parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad‑duttrina.

Din l‑inizjattiva mill‑kappillani għandha tgħin lill‑istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid‑dar jew fil‑familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall‑eżami f’post għall‑kwiet… Read more »

You know that I love you! – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for adolescents who were to receive the Sacrament of Confirmation

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jistaqsi lil Pietru għal tliet darbiet “Tħobbni int?”, bħalma rajna llum fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, f’moħħna mill-ewwel nassoċċjaw dawn it-tliet darbiet li Ġesù staqsa “Tħobbni?” mat-tliet ċaħdiet li għamel Pietru fil-passjoni ta’ Ġesù. Niftakru f’dak l-episodju, li jsemmuh l-evanġelisti kollha, meta Pietru kien fejn il-qaddejja tal-qassis il-kbir u hemmhekk, meta staqsewh, ċaħad li kien jaf lil Ġesù. Beża’ u ċaħad… Read more »

Jesus prays on us and for us the gift of unity – The Archbishop

Mass offered for married couples to be there for each other and love each other even during the challenges this particular time brings

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 17 ta’ San Ġwann hija silta għażiża għaliex huwa l-mument meta Ġesù f’Ħamis ix-Xirka jitlob għalina.

Fil-fatt, fil-bidu ta’ din is-silta l-kelma tiegħu hija ċara ħafna: “M’iniex nitlob għal dawn biss”. Dawn huma dawk li hemm madwaru li fuqhom kien talab it-talba tal-konsagrazzjoni. Kien tahom il-kmandamenti għeżież tiegħu. “M’iniex nitlob għal dawn biss imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom” (Ġw 17:20)… Read more »

Keep us under your protection – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for those who are currently doubting God

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fit-talba li Ġesù għamel għad-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena, hu jgħid lill-Missier biex iżommhom taħt il-ħarsien tiegħu. Hemm f’din it-talba dak is-sens ta’ mħabba, ta’ kura, ta’ għożża, ta’ protezzjoni li Ġesù kellu mad-dixxipli tiegħu, u għalhekk jitlob lill-Missier:  “ħarishom f’ismek” dawn id-dixxipli.

Id-dixxipli kellhom bżonn li jħarishom il-Mulej. Mhux biss għax kienu se jgħaddu mill-esperjenza qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù; imma wara l-qawmien tiegħu u bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuqhom, setgħu jħossu dan il-ħarsien tal-Mulej, speċjalment meta kellhom jaffaċċjaw  sfidi, diffikultajiet u persekuzzjonijiet huma u jxandru l-Evanġelju… Read more »

We glorify Jesus by following his commandments – The Archbishop

Holy mass on the feast of St Filippo Neri offered to those who are abroad receiving treatment

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

F’dawn il-ġranet qabel Pentekoste, Għid il-Ħamsin, naqraw siltiet sbieħ ħafna imma pjuttost impenjattivi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Propju d-diskors imsejjaħ saċerdotali ta’ Ġesù li nsibuh fil-kapitli 16 u 17 tal-Evanġelju skont San Ġwann.

Hawnhekk Ġesù qiegħed fi djalogu mal-Missier, ma’ Missieru l-Mulej. Qegħdin fl-aħħar ċena ftit sigħat qabel tibda l-passjoni ħarxa tiegħu, u Ġesù jitkellem dwar il-glorja, il-glorja li biha ta ġieħ lil Missieru u l-glorja li bih il-Missier jagħraf l-ubbidjenza tal-Iben… Read more »