Featured

Mgr. Arthur Said Pullicino: a priest who remained faithful till the end – The Archbishop

Mass for the repose of the soul of Mgr. Arthur Said Pullicino

  Parish Church of Our Lady Star of the Sea, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din it-talba tagħna l-Mulej jaqlagħha, il-Mulej jagħti lil Mons. Arthur il-mistrieħ ta’ dejjem, mistrieħ mistħoqq ikolli ngħid u ngħidha b’konvinzjoni. Għax saċerdot li baqa’ jaħdem sal-aħħar b’lealtà, lealtà li wieħed ma jistax ma japprezzax għaliex intom ilkoll tafuh lil Mons. Arthur bħalma kelli x-xorti nafu jien, u l-lealtà tiegħu kienet lealtà li tkun taf fejn qiegħed miegħu. Dik hija lealtà rari, ma kienx devot tal-mantikilja, joqgħod jidlek, imma l-kelma tiegħu kienet ċara… Read more »

A great help to our faith – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the feast of St Thomas

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm qaddisin li kif tisma’ isimhom, moħħok mal-ewwel imur fl-affarijiet kbar u ta’ ġid li għamlu; u hemm qaddisin li ħadmu pjuttost fil-kwiet, fis-skiet, fil-moħbi, u meta tisma’ isimhom moħħok imur f’din il-ħidma tagħhom fil-kwiet. Imma hemm min baqa’ b’timbru, u San Tumas l-Appostlu hu wieħed minn dawn. Baqa’ bit-timbru “dak li ma emminx”. Fil-fatt anke bl-Ingliż hemm espressjoni “doubting Thomas” li hi espressjoni komuni, u li oriġinat minn din il-ġrajja li smajna llum… Read more »

The 2020/2021 application process for entry into Church Sixth Forms

Entry into Church School Sixth Forms for the coming scholastic year 2020/21 will retain the same principles used in previous years despite the difficulties created by the effect of the covid-19 pandemic.

De La Salle College and St Aloysius College Sixth Forms, as well as the Secretariat for Catholic Education, have worked closely together, to ensure that the same basic entry criterion that has always been used to fill the limited number of places available is retained… Read more »

He brought many closer to Jesus – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the feast of the Blessed Nazju Falzon

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Bdew jitolbuh ħafna biex jibqa’ sejjer ’il barra minn pajjiżhom.” Din kienet ir-reazzjoni tan-nies – kif rajna fl-Evanġelju, tal-“belt bi ħġarha” – għal dak li kien għamel Ġesù. Qabadhom il-biża’, u riedu li jitlaq. Flok semgħuh biex jistgħu jagħrfuh u japprezzawh, qalulu jitlaq ’il barra minn pajjiżhom.

Nazju Falzon, li tiegħu qegħdin nagħmlu llum it-tifkira, kien bniedem li mhux biss għaraf u apprezza lil Ġesù, imma ried li nies oħra isiru jafuh u japprezzawh… Read more »

Updated list of 2020 feasts in Malta

Wara li fit-23 ta’ Ġunju tħabbru d-direttivi l-ġodda dwar il-festi għal din is-sena, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika lista aġġornata tal-festi li se jsiru f’Malta. Din il-lista hija aġġornata sal-lum, 4 ta’ Lulju 2020.

Agħfas hawn għal-lista tal-festi. Read more »

Preventive measures during Holy Mass in churches

Il‑Knisja f’Malta qed taġġorna d‑direttivi rigward il‑Quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra fil‑preżenza tal‑pubbliku, li permezz tagħhom numru ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑covid‑19 ser jibqgħu fis‑seħħ u oħrajn aktar restrittivi jitnaqqsu. Dawn id‑direttivi jidħlu fis‑seħħ mil‑lum l‑1 ta’ Lulju 2020, u jibqgħu fis‑seħħ sakemm jinħarġu direttivi oħra mill‑Awtoritajiet Ekkleżjastiċi. Id‑direttivi aġġornati huma aċċessibbli hawnhekk.

Il‑miżuri obbligatorji li ser jinżammu jinkludu:

  1. Id‑distanza soċjali ġol‑knisja ħlief għall‑membri tal‑familja li jgħixu fl-istess dar
  2. Sanitiser fil‑bieb għall‑użu tal‑pubbliku
  3. It‑Tqarbin ser jibqa’ jsir fl‑idejn u fil‑post
  4. Ħasil regolari u ventilazzjoni tal‑knejjes
  5. Il‑fonti tal‑ilma mbierek jitħallew vojta
  6. Persuni b’sintomi respiratorji jew ta’ influwenza ma jitħallewx jidħlu

Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet tat‑12 ta’ Marzu li għadda, li permezz tagħha l‑Insara ngħataw dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd, għalissa ser tibqa’ fis‑seħħ… Read more »

Lord, save us – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered for the ten new priests

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Żgur li nifhmu dak li ħassew id-dixxipli li kienu fuq id-dgħajsa, fejn kien hemm ukoll Ġesù, meta qamet din it-taqliba u l-mewġ beda tiela’ fuq id-dgħajsa. Bdew jibżgħu. Dawn, li ħafna minnhom kienu sajjieda, kienu jifhmu x’jiġfieri baħar perikoluż. Lilhom nifhmuhom, imma għall-mument ma nifhmux kif f’din it-tempesta kollha, Ġesù li kien magħhom kien rieqed. Fl-Evanġelju darba ssib li Ġesù kien rieqed – hu hawn, f’din it-tempesta kollha… Read more »

The Archbishop to the new priests: With this oil we send you into the world to be the hands of Jesus who embraces humanity

Holy Mass with priestly ordinations on the solemnity of St Peter and St Paul

  The Parish Church of Christ the King, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom min tgħidu li jien?” (Mt 16:15). Ġesù llum, għeżież kandidati għall-presbiterat, magħżula mill-Knisja, approvati mill-poplu ta’ Alla, illum Ġesù qiegħed jistaqsikom din il-mistoqsija: “Intom min tgħidu li jien?” Ma jinterassahx x’jaħseb ħaddieħor, illum jinteressah ħafna inti, inti kif tħares lejh, hu li fuqek tefa’ ħarsa ta’ ħniena għaliex waqt li qiegħed isejjaħlek ħenn għalik, waqt li qiegħed jagħżlek refgħek mill-jasar tad-dnub tiegħek… Read more »

Renewing priestly vows with the help and mercy of the Lord which emanate from his loving gaze – The Archbishop

Chrism Mass with renewal of priestly vows on the solemnity of St Peter and St Paul

  The Cathedral of St Paul, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-ħarsa ta’ Ġesù li tinfed il-qalb! Aħna u naqraw dawn is-siltiet fis-solennità tal-appostli Pietru u Pawlu, niltaqgħu mal-ħarsa ta’ Ġesù, dik il-ħarsa li ltaqa’ magħha Xmun Bin Ġwanni fix-xatt tal-għadira ta’ Tiberijade. Kien qiegħed fuq id-dagħjsa ma’ ħuh Indrì u sema’ l-mastrudaxxa ta’ Nazaret jgħidlu dawn il-kelmiet: “Ejja warajja” (Ġw 1:39). Ma’ dawk il-kelmiet kien hemm ħarsa li tinfed il-qalb, ħarsa li taf u għax taf, tagħder u għax tagħder, tħobb… Read more »