Featured

Beware of all greed – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħarsu rwieħkom minn kull regħba”. Din hija l-kelma li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju tal-lum, u aħna nafu mill-esperjenza tal-ħajja kemm hi vera. Ir-regħba x’inhi? Hija dik il-kilba li jkollok, ikollok iktar, iġġib iktar, tiġma’ iktar. Ġesù jgħid: ħajtek ma tiddependix mill-ġid li jkollok.

Għalhekk lin-nies Ġesù qalilhom: iftħu għajnejkom, għax faċli titqarrqu. U jġib l-eżempju bil-parabbola ta’ dan ir-raġel li kellu ħafna ġid u ried jaħżen il-ġid kollu biex hu jixxala u jgawdi dan il-ġid… Read more »

Today’s message is addressed to us all – Bishop Galea-Curmi

Mass on World Mission Day 2020

  Tal-Ħlas Chapel, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

X’inhi din il-Ġurnata Missjunarja? Għal ħafna minna hi l-ġurnata meta aħna nieqfu ftit biex naħsbu fil-Knisja li hi missjunarja, speċjalment f’dawk il-pajjiżi msejħin ‘tal-missjoni’ u l-għajnuna li tingħata lilhom. Aħna għandna lil Missio f’Malta, u hawn Mons. Valent Borg, li qed jikkonċelebra li hu d-direttur tal-Missio, u nixtieq nirringrazzja lilu u lill-ħaddiema u dawk kollha li qed jagħtu servizz f’Missio għall-ġid li qed jagħmlu biex il-Knisja tista’ tkun tassew Knisja missjunarja… Read more »

Our Lady: a source of good health – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of Our Lady of Good Health

  The Church of St Francis of Assisi, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Madonna tas-Saħħa – festa li ilha tiġi ċċelebrata hawnhekk f’din il-knisja mill-1815, jiġifieri aktar minn 200 sena – din is-sena ġiet fi żminijiet partikolarment diffiċli. Il-pandemija tal-Covid-19 – theddida kbira għas-saħħa ta’ kulħadd – laqtet id-dinja kollha u bħalissa qed inħossu ħafna l-piż tagħha f’diversi pajjiżi tal-Ewropa u f’pajjiżna. Din l-aħħar ġimgħa f’Malta kienet iebsa ħafna – għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem u l-familjari tagħhom; għal dawk milquta mill-virus fejn kellna rekord wara l-ieħor; u għal dawk kollha li nsejħulhom frontliners li ħafna minnhom qed jaħdmu bla nifs imma ġieli l-ħidma tagħhom hekk importanti, avolja frontliners, ma tidhirx… Read more »

‘Forgiveness is precisely what enables us to pursue justice without falling into a spiral of revenge or the injustice of forgetting’

The Archbishop celebrates mass on the 3rd anniversary of Daphne Caruana Galizia's assassination

  The Holy Family Church, Bidnija

L-Arċisqof iżur u jitlob fil-post fejn twettaq l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull anniversarju tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jqanqal f’ħafna nies diversi emozzjonijiet, ħafna drabi emozzjonijiet kontrastanti. Dan huwa fatt li wieħed ma jistax jiċħdu. Il-persuna ta’ Daphne tkompli, anke wara l-mewt traġika u kiefra tagħha, tqanqal reazzjonijiet anke avversi. Huwa dover tagħna li nibqgħu niftakru.

Laqtuni ħafna l-kliem tal-Papa Franġisku fl-aħħar dokument li ppublika dwar il-fratellanza umana… Read more »

The symbol of a true life – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal!” Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħidu fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù qalu meta kien imdawwar b’nies li kellhom moħħhom u qalbhom magħluqa għalih.

Dawn in-nies riedu sinjal. Imma fil-fatt, l-esperjenza ta’ Ġesù ma’ dawn in-nies kienet li qatt ma seta’ jġibha żewġ magħhom. Ftit qabel dan ir-rakkont, hemm il-ġrajja ta’ meta Ġesù keċċa xitan… Read more »

A welcoming invitation – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 28th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jagħmel din it-tixbiha tal-festa tat-tieġ – sultan li ried jagħmel festa għat-tieġ ta’ ibnu – ried juri lin-nies li Alla dejjem jistedinhom, u jistieden lilna lkoll, għall-ħbiberija miegħu. Jekk hemm sinjal tal-imħabba, hu proprju t-tieġ, u għalhekk il-festa tat-tieġ hi l-festa tal-ħbiberija ma’ Alla. 

Hawnhekk Ġesù kien ċar li Alla dejjem jistieden, imma mbagħad mhux kulħadd jaċċetta l-istedina… Read more »

Finding a balance between work and prayer – The Archbishop

Mass in remembrance of St Bruno and Blessed Bartholomew Longo

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tradizzjonalment dan l-Evanġelju jiġi interpretat bħala l-figura ta’ żewġ nisa: Marta li medhija, kif jgħid il-Evanġelju stess, bil-ħafna ħwejjeġ tax-xogħol tad-dar, tal-faċendi; u Marija li tippreferi toqgħod f’riġlejn Ġesù tisimgħu u titgħallem minnu. U b’xi mod fit-tradizzjoni tad-devozzjoni tal-Knisja, Marta tirrapreżenta x-xogħol u l-appostolat attiv, mentri Marija hija dik li tirrapreżenta l-ħajja tat-talb, il-ħajja moħbija, il-ħajja ta’ kontemplazzjoni.

Jiena naħseb li kemm Marta u kemm Marija, li t-tnejn laqgħu lil Ġesù, kellhom jitgħallmu li dak li ma jitteħdilhomx huwa propju l-imħabba tal-Mulej… Read more »

Being a good neighbour – Bishop Galea-Curmi

Mass in remembrance of St Mary Faustina Kowalska

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ilbieraħ il-Papa Franġisku ħareġ Enċiklika bl-isem Fratelli tuttiIlkoll aħwa, li titkellem fuq il-fraternità u l-imħabba soċjali. U fit-tieni kapitlu ta’ din l-Enċiklika, il-Papa jagħmel riflessjoni proprju fuq din il-parabbola li għadna kemm smajna llum: il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb.

Hemm ħafna punti sbieħ li jsemmi l-Papa; se nsemmi punt wieħed biss. Hawnhekk, eżatt qabel il-parabbola, hemm dik il-mistoqsija li għamel l-għaref tal-liġi: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” Dik kienet mistoqsija interessanti, għax fi żmien Ġesù, għal ħafna min-nies, il-mentalità kienet li l-proxxmu hu min hu tal-istess pajjiż, tal-istess art… Read more »

A fruitful life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Min mhuwiex midħla tar-raba’ jew mhuwiex fl-industrija tal-inbid, forsi llum ma tantx tinteressah għalqa ta’ dwieli. Ma kienx hekk fi żmien Ġesù, għax l-idea ta’ għalqa ta’ dwieli kienet għan-nies xi ħaġa għażiża. Għalhekk Alla jqabbel ir-rabta tiegħu mal-poplu Lhudi proprju ma’ din l-attenzjoni u mħabba għall-għalqa tad-dwieli. Setgħu jifhmu n-nies li hemm kien qed jgħid kemm hu jgħożż il-poplu tiegħu li hu għażel… Read more »

Love is not a possession but a gift – The Archbishop

Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of Our Lady of Providence, Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kien hemm wieħed sid ta’ għalqa u ħawwilha bid-dwieli” (Mt 21:33). Id-dielja fl-għanja tal-profeta hija l-proġett ta’ mħabba li Alla għandu għall-poplu tiegħu. Fil-fatt fil-kitba tal-profeta Iżaija li smajna fl-Ewwel Qari llum, wieħed jinnota kemm-il darba l-Mulej jissejjaħ ‘il-maħbub’ u l-għanja tad-dielja hija l-għanja tal-imħabba tiegħu. “Ħa ngħanni lill-Maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu. Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela” (Iż 5:1)… Read more »