Environment Commission

The Interdiocesan Commision for the Environment’s reaction to the draft ODZ Policy

  • Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja hija mħassba serjament dwar aspetti fundamentali ta’ din il-policy li bħalissa hija fl-istadju ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-kummenti tal-KA huma kif ġej:

    1. Diskrezzjoni kbira għal min ser jiddeċiedi fuq l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp

    Fl-Introduzzjoni tal-policy u b’ittri kbar qed jingħad li “PROPOSALS WHICH ARE NOT ADDRESSSED BY THIS POLICY DOCUMENT MAY BE CONSIDERED ON THEIR OWN MERITS BY THE DECIDING BODY IF IT FELT THAT THE PROPOSAL WILL GENERATE AN IMPROVEMENT TO THE AREA WHERE IT IS LOCATED”…

  • Read more »

Opinion Paper by the Interdiocesan Commission for the Environment on Sustainable Development

  • L-istqarrija tiffoka partikolarment fuq il-ħtieġa urġenti li kull żvilupp f’pajjiżna jkun sostenibbli. Fl-imgħoddi, stili ta’ ħajja u modi ta’ ħsieb żbaljati dwar x’inhu żvilupp, taw lok għal deċiżjonijiet li spiss kellhom impatt negattiv qawwi fuq il-kwalità ta’ ħajjitna. Għaldaqstant hemm bżonn ta’ direzzjoni ċara fejn il-ġid komuni jgawdi prijorità assoluta. Waqt li tilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni li l-iżvilupp sostenibbli issa ngħata prominenza fil-livell ta’ portafoll ministerjali, il-KA tħoss li għad fadlilna x’nagħmlu sabiex dan isir prijorità nazzjonali…

  • Read more »

Opinion expressed by the Interdiocesan Commission for the Environment regarding the proposed development at Ħondoq ir-Rummien

L-Iżvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien: X’għandu jiġi kkonsidrat

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI INTERDJOCESANA AMBJENT

Fid-dawl tas-smiegħ tal-appell li hemm ippjanat fir-rigward tal-iżvilupp propost għal Ħondoq ir-Rummien, il-Kummissjoni Interdjocesana Ambjent (KA) tħoss li għanda terġa’ tfakkar lill-pubbliku u lill-awtoritajiet konċernati l-fehemiet tagħha dwar il-proġett. Il-KA tħoss li għandha tagħmel dan għax din il-kwistjoni ambjentali u l-mod kif ittieħdu (jew ma ttieħdux) ċertu deċiżjonijiet jindirizzaw prinċipji bażiċi dwar l-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer… Read more »

Creation Day

Issib min jinsisti li l-kelma ‘Ħolqien’ ma għandhiex tintuża fil-vokabularju modern, iżda li għandna nużaw flokha l-kelma ‘ambjent’. Il-ħsieb huwa li jekk taċċetta l-kelma ‘Ħolqien’, allura qed taċċetta l-idea li jeżisti xi Ħadd li ħoloq dan il-kobor ta’ madwarna…li jeżisti Alla. Fid-dinja sekulari tal-lum donnu li nagħmlu minn kollox sabiex inbiegħdu anke l-ħsieb tal-Ħallieq, allura rridu anke nbiddlu l-vokabularju.

Għall-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, is-sitwazzjoni hija bil-maqlub… Read more »

REACTION BY THE ENVIRONMENT COMMISSION TO THE GĦAQDA PIROTEKNIKA MALTIJA

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tirringrazzja lill-Għaqda Piroteknika Maltija (GħPM) għall-komunikat maħruġ tad-9 ta’ Ġunju, fejn saru diversi kummenti u osservazzjonijiet fuq l-istqarrija tal-KA, maħruġa fil-25 ta’ Mejju, li kienet tittratta fuq il-Logħob tan-Nar, is-Saħħa u l-Ambjent (li ħarġet xi ġimagħtejn ilu.)  Dawn l-istqarrijiet u komunikati lill-istampa għandhom ikunu l-mezz ta’ kif issir diskussjoni pubblika serja fuq dan is-suġġett importanti, kif ilha tħeġġeġ il-KA li għandu jsir… Read more »

Course by the Environment Commission

Sa mit-twaqqif tagħha l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ħadmet sabiex tagħti kontribut fuq diversi kwistjonijiet u temi ambjentali billi tagħti l-opinjoni tagħha fuq sitwazzjonijiet partikolari ambjentali u tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli. L-informazzjoni miġbura f’dawn l-istqarrijiet kienet ibbażata fuq riċerka li kienet tinkludi ħarsa lejn il-policies u l-liġijiet ta’ pajjiżna kif ukoll l-iżvilupp storiku tal-kwistjoni.

Minn żmien għal żmien il-KA torganizza diversi attivitajiet sabiex tkompli ssaħħaħ din il-ħidma tagħha fil-komunità billi tagħti informazzjoni xjentifika fuq kwistjonijiet li jolqtu l-ħajja tagħna ta’ kuljum… Read more »

THE ENVIRONMENT COMMISSION ON FIREWORKDS, HEALTH AND THE ENVIRONMENT

F’Ġunju tas-sena 2006, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet ippubblikat dokument ta’ fehma fuq l-impatti ambjentali tal-festi f’Malta[i]. Din il-fehma kienet ibbażata fuq studju kkummissjonat mill-istess Kummissjoni fis-sena 2005 li nvestiga tmien festi. Dan l-istudju kien ipproduċa l-ewwel riżultati fuq il-livelli ta’ ħsejjes ikkaġunati mil-logħob tan-nar kif ukoll fuq l-ammont ta’ skart solidu ġġenerat minn dawn il-festi. Matul il-perjodu 2006-2008,  il-KA kompliet bl-investigazzjonijiet ikkummissjonati lill-Università ta’ Malta f’dan il-qasam… Read more »

MESSAGE TO PARISHES BY THE ENVIRONMENT COMMISSION

Resqin lejn l-attivitajiet u ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u kif għamlet fil-passat il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq tappella lil dawk il-knejjes u parroċċi kollha li jorganizzaw dawn l-attivitajiet sabiex waqt li jagħmlu dan, jagħtu xhieda ta’ kif in-Nisrani jħares lejn il-Ħolqien b’rispett lejn il-Ħallieq.

F’Ħadd il-Palm, l-użanza tant għażiża tat-tqassim tal-palm jew weraq taż-żebbuġ  lill-fidili għandha tkun okkażjoni fejn niftakru fid-daħla trijonfali tal-Imgħallem f’Ġerusalemm. M’hemmx għalfejn nużaw ammonti esaġerati minn dawn il-pjanti… Read more »

STATEMENT BY THE ENVIRONMENT COMMISSION

The Interdiocesan Commission for the Environment wishes to refer to the announcement in the local media that the State has offered the possibility for St Augustine College Pieta to make use of the old medical school as a primary school, in lieu of erecting new premises.

The Commission firmly believes that this proposal is two-sided: while it serves as an opportunity to safeguard a so-far undeveloped piece of land, it also acknowledges the necessity of enhancing facilities offered by our schools.  … Read more »

CONCLUSIONS OF THE CONFERENCE ‘ENOUGH FOR EVERYBODY’

Sa mit-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dejjem emmnet li l-Knisja ma tistax  tgħix f’iżolament mir-realtajiet tal-ħajja, imma trid tidħol fl-istorja tal-bniedem b’mod l-aktar sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni dejjem stinkat sabiex toħloq opportunitajiet li jwasslu lis-soċjetà Maltija ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja li tgħix u l-għażliet li tagħmel. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni Evanġelika dwar il-ġrajjiet li nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali… Read more »