‘Do we still have the fear of God?’ The Archbishop during the solemnity of Christ the King
Diocesan Celebration of the solemnity of Christ the King 2019
24/11/2019 St John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ix-xena nafuha lkoll għax hija mnaqqxa fil-kultura tagħna. Nafu kemm fi żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, Maltin u Għawdxin jiddedikaw l-enerġija tagħhom, id-devozzjoni, l-imħabba tagħhom biex jikkommemoraw ix-xena li għadna kemm smajna skont l-Evanġelju ta’ San Luqa.
“Il-poplu waqaf hemm iħares” (Lq 23:35). Aħna wkoll illum nixtiequ ninġabru madwar din ix-xena ta’ qsim il-qalb fuq l-għolja tal-Golgota, il-kalvarju, u nħarsu lejn Ġesù msallab, imsallab mal-midinbin u mal-kriminali akkumpanjat minn żewġ ħallelin wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug… Read more »