The Lord is calling us to restore everything as it was and make our lives pure and well – The Archbishop
Mass on the Resurrection of the Lord
12/04/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar” skont ir-rakkont li jagħtina Ġwanni, “filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam” (Ġw 20:1). Kien għadda s-sibt u għalhekk setgħet tersaq lejn il-qabar bit-tama li tkun tista’ tkompli d-dilka fuq il-ġisem għażiż ta’ Ġesù.
Ippretendiet li tara l-blata li għadha qiegħda tagħlaq il-bokka ta’ dan il-qabar u ppretendiet li wara dik il-ġebla jkun hemm katavru, għażiż kemm tridu, imma katavru imgeżwer fil-liżar bil-maktur jgħatti wkoll il-wiċċ għażiż ta’ Ġesù mejjet… Read more »














