The questions we should ask at the beginning of Advent – The Archbishop
01/12/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Biex nifhmu l-għażla tal-Evanġelju fiż-żmien tal-Avvent, dan l-istaġun li qegħdin fih, irridu nħarsu u nisimgħu b’attenzjoni l-ewwel qari. F’ħafna mill-jiem tal-Avvent, l-ewwel qari hu meħud mill-ktieb sabiħ ħafna tal-profeta Iżaija. Illum, pereżempju, fil-bidu smajna profezija sabiħa ta’ Iżaija li hija wkoll mument sabiħ ta’ poeżija straordinarja fil-Bibbja.
Illum smajna l-profezija tal-għerq ta’ Ġesse u wkoll id-doni tal-ispirtu: “Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej” (Iż 11:2-3)… Read more »