“Nadurawk, o Ġesù, u nberkuk, għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna”
Mass on the feast of the Exaltation of the Holy Cross
14/09/2021 Church of St Mary of Jesus, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Huwa Ġesù stess fl-Evanġelju li għadna kemm smajna llum li jwassalna biex nifhmu t-tifsira profonda ta’ dak il-ġest li smajna dwaru fl-ewwel qari (Num 21:4-9): Mosè jitlob lil Alla biex jeħles lill-poplu mill-gidma velenuża tas-serp. Lil Mosè, Alla jissuġġerilu jagħmel serp tal-bronż, jarbulah u kull min iħares lejh ifiq u b’hekk is-serp tal-bronż jintrefa’ u jsir mezz ta’ fejqan u salvazzjoni.
Fl-Evanġelju Ġesù jgħid li bħalma Mosè għolla s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li Bin il-Bniedem jintrefa’ biex ikun ta’ salvazzoni, kull min iħares lejh b’fidi, b’imħabba, b’tama, ifiq (ara Ġw 3: 14-15)… Read more »














