Archbishop’s Homilies

A ‘yes’ of mother and son – The Archbishop

Mass on the Solemnity of the Annunciation of the Lord

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li l-festa tal-lum tinġabar fir-responsorju li tlabna fis-Salm Responsorjali tal-lum: “Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek” (S 39:8-9). ‘Hawn jien, Mulej, ġejja nagħmel ir-rieda tiegħek.’

Għaliex illum jiltaqħu mhux ‘iva’ waħda imma tnejn: l-‘iva’ tal-omm u l-‘iva’ tal-iben. Lill-Missier jgħidlu: “Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx imbagħad jien għedt: ‘Hawn jien ġej’ (ara Lhud 10:6-7)”… Read more »

Let’s understand who Jesus truly is through prayer – The Archbishop

Mass in the memorial of Bishop St Turibius of Mogrovejo

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u noqorbu lejn l-Għid nisimgħu iżjed lil Ġesù, b’mod speċjali fis-siltiet mill-Evanġelju skont San Ġwann, iħeġġeġ lil-Lhud, lill-kapijiet, lil dawk li qegħdin jisimgħuh għall-fidi.

Il-fidi li tfisser li jintelqu f’idejh, l-Iben tal-Missier, u minnu jirċievu l-ħelsien minn dnubiethom. Hija ħarxa dik il-kelma li jgħidilhom: “Intom se tmutu fid-dnub tagħkom […] se tmutu fi dnubietkom” (Ġw 8:24) jirrepetiha kemm-il darba… Read more »

What can we learn from Jesus’ suffering? – The Archbishop

Mass on the Fifth Sunday of Lent

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Waslet is-siegħa li fiha Bin il-Bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23). Għal diversi drabi fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, il-Mulej stess jgħid li ma kinitx għadha waslet is-siegħa tiegħu. Nieħdu pereżempju l-episodju sabiħ tat-tieġ ta’ Kana. Lil ommu jgħidilha: “Għada ma waslitx is-siegħa tiegħi” (Ġw 2:4). Imma issa li l-Griegi qed ifittxu li jarawh, qed jixxenqu biex isiru jafuh (ara Ġw 12:21), il-Mulej jifhem li waslet is-siegħa li jkun igglorifikat… Read more »

St Joseph: a loving heart in silence and obedience – The Archbishop

Holy mass on the feast of St Joseph

  The Church of St Mary of Jesus (Ta' Ġieżu), Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena l-festa għażiża ta’ San Ġużepp, li niċċelebraw ta’ kull sena fid-19 ta’ Marzu, għandha sinifikat profond. Il-Papa Franġisku li beda l-ministeru tiegħu bħala papa bħal-lum tmien snin, għax għażel il-festa ta’ San Ġużepp biex jibda l-ministeru tiegħu bħala papa, ħabbar li din is-sena hija ddedikata lil San Ġużepp.

Għalina hija sena li diffiċilment ninsewha minħabba wkoll is-saram tal-pandemija… Read more »

The Archbishop: Whose glory are we seeking? Our own or God’s glory?

Mass for the memorial of St Cyril of Jerusalem

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul din l-aħħar tal-parti tar-Randan ser nisimgħu diversi siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, ir-raba’ Evanġelju, li fihom Ġesù jidħol fid-djalogu mal-kapijiet, mal-Lhud. Proprjament il-kittieba tal-Liġi, il-Fariżej, dawk li b’xi mod kellhom iċ-ċavetta tat-tagħlim u kellhom ukoll il-poter, joħorġu x’inhu it-tagħlim tal-komunità. Ġesù jwissihom li għalkemm jafdaw fl-awtorità li Alla ta’ lil Mosé, huma jridu joqgħodu attenti mill-idolatrija, li minflok ifittxu lil Alla vera, ifittxu l-glorja tagħhom infushom… Read more »

Jesus, I need you; heal me – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm konnessjoni bejn l-Evanġelju li għadna kemm smajna li l-ambjent tiegħu huwa ħdejn menqa, jiġifieri ħdejn qisha pixxina li kienet tipprovdi l-ilma lit-tempju.

Kien hemm it-tradizzjoni li meta jitħarrek l-ilma — u ġo pixxina mhux la kemm tgħid jitħarrek — anġlu jkun mess l-ilma allura min jinżel fih f’dak il-mument ifiq mill-mard li kellu. Kien hemm raġel li għal 38 sena sħaħ qagħad joqgħod jistenna biex jieħu din l-opportunità… Read more »

“Let us be a society that is not afraid of the light of Jesus” – The Archbishop

Mass on the Fourth Sunday of Lent

  San Blas Therapeutic Community

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù ried iħabbar il-missjoni tiegħu uża kelma għażiża: il-kelma ‘evanġelju’. Xi tfisser din il-kelma? Din il-kelma ġejja mill-Grieg u tfisser ‘aħbar tajba’. L-Evanġelju tal-lum, aħna u nibdew it-tieni parti tal-mixja tagħna tar-Randan, jagħtina din l-aħbar tajba u sabiħa li twassalna biex niċċelebraw il-misteru kbir tal-Għid. Alla ħabb lid-dinja. “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16)… Read more »

“A challenging time to strive for genuine love for one another” – The Archbishop

  The Basilica of the Nativity of Mary, Senglea

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju, Ġesù kemm-il darba jipprova jgħallimna li lil Alla iżjed jogħġbu s-sagrifiċċju tal-imħabba u tal-maħfra milli r-ritwal tat-tempju; is-sagrifiċċji tal-ħruq u tat-tpattija kif isemmi wkoll dan l-għaref tal-Liġi fl-Evanġelju li għadna kemm smajna.

Dan l-għaref qed jipprova jsolvi diffikultà li kellhom l-għorrief tal-Liġi fi żmien Ġesù: fost il-ħafna mijiet ta’ liġijiet liema hija dik li hija l-pedament ta’ kollox? … Read more »