Patience is a concrete way to love – The Archbishop
Mass for couples married in 2020 and 2021
08/01/2022 St John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Kellmu lil qalb Ġerusalemm” (Iż 40:2). Kemm hi sabiħa din l-espressjoni li juża l-Profeta Iżaija, meta jitkellem dwar il-messaġġ li qed iħoss b’mod qawwi, li Alla jrid iwassal permezz tiegħu. “Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi, jgħid Alla tagħkom. Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha li ntemm il-jasar tagħha, tħallset ħżunitha” (Iż 40:1-2).
B’xi mod biex inkunu kkonkludejna dan l-istaġun li bdejna fl-Avvent li għadda, iżjed minn xahar ilu, nerġgħu nisimgħu dik l-istedina: “Ħejju t-triq għall-Mulej… wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri… Read more »














