Archbishop’s Homilies

Created in God’s image to love – The Archbishop on Christmas Day

Mass on the Solemnity of the Nativity of the Lord

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa introduzjoni għall-Evanġelju skont San Ġwann. L-istudjużi jgħidulna li x’aktarx kien innu li kienet tkanta l-komunità Nisranija tal-bidu u li permezz tiegħu kienet tipprova tispjega dak li qegħdin niċċelebraw illum: dan il-misteru kbir li Alla li ma jidhirx, li Alla li huwa spirtu, dawl, ħajja, u verità u li aħna nkunu nistgħu narawh, immissuh u nħarsu lejh għaliex l-lben ta’ Alla “sar bniedem u għammar fostna u rajna l-glorja tiegħu” (Ġw 1:14)… Read more »

The sign of a new beginning – The Archbishop

Midnight Mass

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“F’dawk l-inħawi kien hemm xi ragħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom bil-lejl. U dehrulhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom. u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: ‘Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lq 2:8-9).

F’dan il-lejl qaddis tal-Milied bħar-ragħajja ta’ Betlehem ejjew inħossu li l-glorja tal-Mulej qiegħda tiddi madwarna. Dan il-verb li juża San Luqa f’dan ir-rakkont ma jintużax sikwit fit-Testment il-Ġdid: “il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom”… Read more »

Sweetness and mercy were poured on the world

Christmas message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

It is a great pleasure to offer you my sincere greetings on this holy Christmas night. It is truly wonderful if we understand what we are telling each other when, throughout these holy days, we greet one another with ‘Happy Christmas’. We are recalling the birth of a baby; we are recalling the birth of God made man for you and me… Read more »

Accompanying the Lord who will be born in our midst – The Archbishop

Mass on the Fourth Sunday of Advent

  Mater Dei Hospital Chapel, Msida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija għadha kemm semgħet lill-anġlu jgħidilha li l-Mulej kien qed jagħmlilha proposta: li hi tgħid ‘iva’ biex issir omm Alla. Tgħidlu: “Imma dan kif jista’ jkun? Ma nagħrafx raġel.” “Il-qawwa tal-Ispirtu tal-Mulej tgħattik. Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir”. U l-anġlu, biex jikkonferma l-kliem tiegħu, jagħti lil Marija ta’ Nazaret sinjal. “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala” (Lq 1:34.35.37)… Read more »

Keep your hands open to the poverty of those thirsty for God’s mercy – The Archbishop

Mass at the beginning of the pastoral work of Fr Louis as provost archpriest of Birkirkara Parish

  The Collegiate Basilica of St Helen, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dakinhar jgħidu lil Ġerusalemm: “Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok… minħabba fik jithenna b’hena kbira, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f’għajjat ta’ ferħ, bħallikieku f’jum ta’ festa” (Sof 3:16-18). Għażiż Monsinjur Louis, Prepostu ġdid ta’ din il-parroċċa għażiża, wassal dan il-messaġġ lil poplu għażiż ta’ Birkirkara: “Tibżax, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok” (Sof 3:16-17)… Read more »

The voice of a friend is the voice of Jesus – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tajjeb nieqfu ftit fuq l-aħħar frażi li jgħid Ġesù llum: “L-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess” (Mt 11:19). Ħafna drabi Ġesù jinsisti: “jekk ma temmnux dak li ngħidilkom, araw dak li nagħmel”. Kieku jkollna ngħidu hekk, aħna! Lil min jgħidilna: “u inti tparla fil-vojt!”. Araw dak li nagħmel u tifhem dak li ngħid.

Ħaġa sabiħa dik li l-kliem tagħna jaqbel mal-ħajja tagħna għax dan li qed jgħid Ġesù: inti tara l-opri ta’ jdejn Alla u tifhem min hu, kemm iħobbna, kemm hu għaref, kemm hu kbir… Read more »

St Joseph: the savior of the Savior – The Archbishop

Closing Mass for the Year of St Joseph

  The Church of St Mary of Jesus (Ta' Ġieżu), Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Luqa li għadna kemm smajna, jiddeskrivi l-missjoni li jagħti Alla lill- Arkanġlu Gabrijel. Jibagħtu f’belt, “belt tal-Galilija, jisimha Nazaret” (Lq 1:26). Jibagħtu għand xebba, u din ix-xebba hi għarusa ta’ raġel “jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David” (Lq 1:27). Innutaw, li l-ewwel deskrizzjoni tal-Madonna, mhux isimha, imma ta’ min kienet, “għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David… Read more »

You have chosen the joy of the Gospel that no one will take away from you – The Archbishop

  San Ġwann Parish Church

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Quddiesa li matulha żewġ sorijiet għamlu l-voti perpetwi fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù

‘Nitlob li nimxi wara Kristu l-għarus tiegħi.’ Għeżiez Sr Matlene u Sr Anne Marie, hu dan li għadkom kemm tlabtu lill-Knisja, bit-tqegħid ta’ jdejkom f’idejn is-superjura tagħkom, il-Knisja tilqa’ l-impenn definittiv tagħkom f’din il-professjoni perpetwa. Li timxu wara Kristu hi li tilqgħu s-sejħa li għażlitkom waqt li tilqgħu l-ħarsa ta’ Ġesu fuqkom li hi ħarsa ta’ ħniena. 

Aħna llum qegħdin nagħmlu festa kbira straordinarja, minn din il-ħarsa għax ħafna drabi meta nagħmlu festa tal-qaddisin u l-festi ta’ Sidtna Marija, donnu ninsew il-protagonista ewlieni ta’ dak li niċċelabraw li hu Alla… Read more »

You have chosen the joy of the Gospel that no one will take away from you – The Archbishop

Mass with the perpetual profession of two Franciscan Sisters of the Sacred Heart of Jesus

  Our Lady of Lourdes Parish Church, San Ġwann

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

‘Nitlob li nimxi wara Kristu l-għarus tiegħi.’ Għeżiez Sr Matlene u Sr Anne Marie, hu dan li għadkom kemm tlabtu lill-Knisja, bit-tqegħid ta’ jdejkom f’idejn is-superjura tagħkom, il-Knisja tilqa’ l-impenn definittiv tagħkom f’din il-professjoni perpetwa. Li timxu wara Kristu hi li tilqgħu s-sejħa li għażlitkom waqt li tilqgħu l-ħarsa ta’ Ġesu fuqkom li hi ħarsa ta’ ħniena.

Aħna llum qegħdin nagħmlu festa kbira straordinarja, minn din il-ħarsa għax ħafna drabi meta nagħmlu festa tal-qaddisin u l-festi ta’ Sidtna Marija, donnu ninsew il-protagonista ewlieni ta’ dak li niċċelabraw li hu Alla… Read more »

The shepherd with his sheep in the crib is an image of the Lord – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Biex nipruvaw nifhmu t-tixbiha li jagħtina Ġesù llum, tajjeb ninnutaw kif jitkellem dwar Alla. “Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-semwwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar” (Mt 18:12).

Mela Alla għandu qalb ta’ missier għalina u biex nifhmu allura dan ir-raġel li jkollu 100 nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, irridu nifhmu li dan ir-ragħaj hu missier, li għalih in-nagħaġ tiegħu huma wliedu… Read more »