Archbishop’s Homilies

On Ash Wednesday the Archbishop asks: is my heart home to injustice or peace?

Mass on Ash Wednesday and prayer and fasting for peace in Ukraine

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nibdew mixja speċjali ħafna: il-mixja tar-Randan li twassalna għall-Ġimgħa Mqaddsa li fiha nimmeditaw il-passjoni u l-mewt tal-Mulej Ġesù u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Qegħdin ukoll nibdew l-aħħar xahar qabel iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa fostna li jasal, jekk Alla jrid, fit-2 ta’ April, illum it-2 ta’ Marzu. Nitolbu ħafna għal min qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat ta’ ħidma… Read more »

The Lord rewards us with a very large family – The Archbishop

Mass for the repose of the soul of Archbishop Ġużeppi Mercieca

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk” (Mk 10:28). Pietru jitkellem f’isem l-oħrajn kollha. U donnu qed jgħidlu: allura, Mulej, aħna, wara li għamilna d-deċiżjoni x’se nieħdu? B’xi mod Pietru qed jitkellem ukoll f’isimna. Għax aħna mingħajr ma rridu, in-natura tagħna l-bnedmin, hekk iġġagħalna naħsbu. X’hemm għalija fiha din? X’se jmissni? Ġesù ma jgħidlux, se tibqgħu bir-riħa. L-ewwel nett jirrikonoxxi li l-istedina tiegħu u l-esiġenza tal-Evanġelju titlob minna distakk u libertà; li jweġġgħu… Read more »

The Archbishop prays for peace and the victims on both sides of war

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna d-djalogu bejn Ġesù u d-dixxipli tiegħu meta jurihom l-għana, li hi tajba fiha nnifisha, li jista’ jkollha l-periklu kbir li taqtgħek mill-proxxmu u minn Alla. Hu jispjegalhom ukoll li l-istedina tiegħu li jħallu kollox mhijiex stedina faċli.

Pietru jfakkru f’din il-ħaġa fuq ix-xatt tal-Baħar tal-Galilija. Pietru (li kien jismu Xmun is-sajjied) sema’ lil Ġesù jgħidlu: “Ejja warajja”… Read more »

The Archbishop asks: How should we treat our enemies?

Mass on the feast of the saints of Fatima

  The Shrine of Our Lady of Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù faċli nqarrsu wiċċna. Qed nisimgħuh jgħidilna: “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom” (Lq  6:27). Din mhix il-loġika tad-dinja, mhuwiex il-mod kif jirraġuna l-bniedem speċjalment meta jkun irrabjat jew vittma ta’ xi inġustizzja. L-ewwel reazzjoni tagħna tkun li npattihielu anke jekk jgħaddi ż-żmien, inżommha fil-komma. Mhux hekk nirraġunaw?

L-ewwel ħaġa li Ġesù jagħmel biex jipprova jipperswadina kemm dan il-parir tiegħu ġej minn għerf kbir, jgħallimna li dan hu l-ewwel nett tal-ikbar ġid għalina u li hi espressjoni kbira tal-imħabba li aħna, bla ma rridu, għandna għalina nfusna… Read more »

I encourage you to have a father’s heart that refuses to judge or condemn – The Archbishop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Ronnie Zammit as parish priest of St Luċija parish

  The Parish Church of St Pius X

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma jħenn il-Missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu” (Salm 102:13). Is-salm 102, jantiċipa dak li qed jipprova jgħidilna Ġesù fl-Evanġelju tal-lum; b’ħafna tixbihat, li f’widnejna jinstemgħu pjuttost qawwija ħafna u strambi. “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħitkom, itolbu għal min iżeblaħkom” (Lq 6:27-28). Imma dan kollu jinġabar fil-kelma li jgħidilna lejn l-aħħar ta’ din is-silta qawwija, mill-kapitlu 6 ta’ San Luqa: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36)… Read more »

Finding the balance between trusting in God and doing what needs to be done – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf x’jgħidilna Ġesù lilna meta nogħtru fil-fidi tagħna fih. Inkunu f’sitwazzjoni diffiċli u ngħidu: ‘Alla ttarax, ma jismax,’ jew naħsbu li se nsolvu kollox weħidna.

Id-dixxipli nsew il-ħobż bħalma jiġrilu kulħadd. Ma kellhomx x’jieklu u nsew li magħhom kien hemm il-Mulej li jieħu ħsieb hu. Imma l-Mulej mhux tal-maġija għax imbagħad kultant it-tentazzjoni l-oħra hi: u jagħmel il-Mulej… Read more »

“Those who caution you are merciful ” – The Archbishop

Mass on the sixth Sunday in Ordinary Time

  The Church of St Paul's Shipwreck, San Pawl tat-Tarġa, Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jħares lejn kotra kbira ta’ dixxipli tiegħu u ġemgħa kbira ta’ nies; fosthom jara ħafna foqra, nies bil-ġuħ, qed jara ħafna nies imnikktin bil-ħajja. Nistgħu ngħidu li jekk illum ikollu jiġi l-Mulej jerġa’ jiltaqa’ magħna, aħna li ħafna drabi għandna diversi tip ta’ faqar u ta’ ġuħ, forsi nsofru wkoll xi inġustizzja.

Qed isejħilna ‘imberkin’. Xi ħaġa stramba biex tifhimha għaliex ħadd f’sensih mhu se jsejjaħ il-ġuħ, in-niket, il-faqar bħala barka fihom infushom… Read more »

The love that Paul taught us is built on our encounter with Jesus – the Archbishop

Mass on the solemnity of St Paul's Shipwreck

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-talba ta’ din il-festa għażiża, illum tlabna hekk bħala Maltin u Għawdxin: ‘Inti għoġbok, Mulej, li l-Appostlu Missierna San Pawl jara l-għarqa biex jiġi fostna u jxandrilna l-fidi, agħmel li nibqgħu dejjem irroddu ħajr għat-tħabrik u l-imħabba li hu wera magħna’.

Fir-riflessjonijiet tiegħi ta’ din is-sena nixtieq nieqfu ftit fuq il-frażi ‘l-imħabba li Pawlu wera magħna’ għax għan kbir ta’ din il-festa tant għażiża għalina hi propju li rroddu ħajr lil Alla tal-imħabba li wera magħna Pawlu ta’ Tarsu… Read more »

Have our beautiful traditions replaced the Word of God? – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma noqogħdux niskandalizzaw ruħna bil-Fariżej u l-kittieba. Ejjew inqisu li dan il-kliem Ġesù qiegħed jgħidu lilna. Nistaqsu lilna nfusna: aħna li għandna tant tradizzjonijiet u sbieħ, u tant aħna kburin bihom, imma dawn ħadu post il-Kelma t’Alla, ħadu post l-Evanġelju ta’ Ġesù? Jien nista’, pereżempju, inżeffen l-istatwi tal-qaddisin, imbagħad nidgħi? Nagħmel festa tal-qaddisin, imbagħad għandi lanzita, bir-rispett kollu, daqshiex għal ħija jew għal oħti… Read more »

Archbishop to those called for marriage: The Lord is giving you a mission in the love between you

Mass on the Fifth Sunday in Ordinary Time

  The Church of St Agatha, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum tkellimna dwar is-sejħa li jagħmel il-Mulej nistgħu ngħidu lil kull wieħed u waħda minna. U jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqad il-qari li għadna kemm smajna, hi l-fatt li l-persuna li tissejjaħ minn Alla għal xi missjoni, quddiem is-sejħa ta’ Alla, ilkoll nirrrealizzaw kemm aħna dgħajfin.

Kultant nirrealizzaw ukoll li forsi m’aħniex kapaċi għal dak li l-Mulej qed isejħilna… Read more »