Archbishop’s Homilies

We pray to God to break down the many walls that separate us – The Archbishop on the feast of St Paul

Mass on the transferred feast of St Paul

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares il-fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Read more »

“In Lent, we discover God as the Father who does not want to leave us” – The Archbishop on Ash Wednesday

Mass on Ash Wednesday

  The Church of the Immaculate Conception (Sarria), Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Read more »

“We pray to genuinely welcome everyone in our society” – The Archbishop

Mass on the sixth Sunday in ordinary time

  Saint Francis' Parish Church, Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jista’ jinstema’ bħala xi ħaġa ’l bogħod għaliex għall-grazzja t’Alla l-marda tal-lebbra—marda li taffettwa l-ġilda tal-bniedem—illum hawn il-fejqan għaliha. Imma tajjeb nieħdu t-tagħlima li jagħtina Ġesù—tagħlima ta’ ħniena u ta’ kuraġġ—u nistaqsu lilna nfusna: imma fostna, madwarna, fil-familji tagħna hemm nies għeżież u oħrajn mhumiex li aħna nitrattaw bħalma kienu jagħmlu elfejn sena ilu lil min kien bil-lebbra? … Read more »

God is central in the 5 gifts Dun Karm prayed to him to be given us – The Archbishop

Mass on the solemnity of St Paul, patron saint of Malta

  The Shrine of St Paul's Shipwreck, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ sinjali li ssieħbu l-kelma li ħallielna Pawlu huma propju l-ħelsien mill-lifgħa velenuża u l-fejqan ta’ missier Publiju u tal-morda kollha tal-gżira. Huma dawn iż-żewġ sinjali fost il-lista li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, li jsiru sinjal tal-qawwa tiegħu u tal-preżenza tiegħu fostna. Illum f’dan il-jum solenni tal-10 ta’ Frar, nitolbu lill-Mulej ikun għalina salvatur u jkun għalina emanuelRead more »

Our connection with God gives our life a different flavour – The Archbishop

Mass on the fifth Sunday in Ordindary time

  The Parish Church of St John of the Cross, Ta' Xbiex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark li qegħdin naqraw din is-sena f’jum il-Ħadd, tagħtina ftit elementi importanti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ Ġesù.

Qegħdin fil-belt ta’ Kafarnahum. Kafarnahum kienet il-belt li adotta Ġesù wara li telaq minn Nazaret u kienet punt ta’ riferiment, kienet il-belt fejn kien iħobb jirritorna f’dawk it-tliet snin li għamel iterraq ma’ dak li llum insejħulu Iżrael u l-Palestina, l-Art Imqaddsa, il-Galilija u l- Lhudija… Read more »

Spreading hatred between people ensures the continuation of war – The Archbishop

Mass on the 750th anniversary of St Thomas mof Aquinas

  The Dominician Church of the Annunciation, Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kafarnahum kienet belt ħelwa ċkejkna fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Ġenezaret jew ta’ Tiberijadi jew il-baħar tal-Galilija, għalkemm huwa baħar ta’ ilma ħelu, għadira kbira ħafna. Min ikollu x-xorti, meta forsi jispiċċa u jieqaf l-inkwiet – ma nafx meta – iżur l-Art Imqaddsa, waħda mill-pellegrinaġġi importanti hi propju fuq din l-għadira, anke Kafarnahum fejn għad hemm il-fdalijiet tas-sinagoga li fiha daħal Ġesù u fiha wkoll seħħ l-episodju li smajna llum fl-Evanġelju skont San Mark… Read more »

St Paul’s conversion is an invitation to our conversion – The Archbishop

Mass on the feast of the conversion of St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Smajna lill-Appostlu Missierna stess jiġbor fi ftit kliem l-esperjenza li qegħdin niċċelebraw. F’waħda mill-ittri tiegħu li smajna fit-tieni qari llum jgħid li Alla li sejjaħlu sa mill-bidu fil-misteru tal-ħolqien tiegħu, laqqgħu ma’ ibnu Ġesù u tah missjoni (ara Gal 1:16). Dan li qed niċċelebraw llum.

L-ewwel nett qegħdin nirringrazzjaw lil Alla tal-Appostlu Missierna San Pawl. Aħna m’għandniex festa tat-twelid ta’ San Pawl bħalma għandna t-twelid ta’ San Ġwann il-Battista… Read more »

May the Lord grant us the light of his voice in our life circumstances – The Archbishop

  Saint Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bix-xieraq niċċelebraw it-titular ta’ dan il-Katidral, il-konverżjoni ta’ San Pawl. Anke għaliex fil-konverżjoni tiegħu, l-Appostlu Missierna, aħna naraw, nqimu, u nfakkru l-konverżjoni tagħna. Stedina li aħna nbiddlu l-ħsieb tagħna, u dejjem naħsbu fil-Mulej Ġesù, u kif jaħseb il-Mulej Ġesù. 

Din is-sena partikolari li fiha pajjiżna jagħlaq sittin sena bħala Stat Sovran, 50 sena Repubblika, nixtieq nitlob ħafna l-interċessjoni tal-Appostlu Missierna fuq il-poplu tagħna… Read more »

The Lord gives us the grace to ask him to get to know him – The Archbishop

Mass on the Second Sunday in Ordinary

  The Parish Church of Our Lady of Porto Salvo & St Dominic, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ikkonkludejna l-festi sbieħ tal-Milied bil-festa kbira tal-Epifanija, l-għada wkoll iċċelebrajna l-Magħmudija tal-Mulej. U f’dawn il-Ħdud – aħna nsejħulhom ta’ matul is-sena meta s-saċerdot jilbes ukoll il-kulur aħdar li hu l-kulur tat-tama, taż-żgħożija bħal meta tħares lejn il-kampanja tagħna tfakkrek ukoll kollha fis-sbuħija ta’ ħajja li kollha enerġija.

Dawn il-Ħdud nibdew naqraw b’attenzjoni kbira l-Evanġelju magħżul għal din is-sena… Read more »

The warmth of human care is an important aspect of any therapy – The Archbishop

Archbishop’s speech at the opening of Capua Ward

  St James Hospital, Sliema

Message from Archbishop Charles Jude Scicluna

Before we pray, I would like to share a few comments, inspired, also, by what you have told us. This is a symphony of skills, entrepreneurship, but also vision, and this is also a hymn to one of the blessings in our national anthem, this prayer that gives us identity. Dun Karm, in 1922, asked for this blessing from the Lord: ‘saħħa’ – ‘health’.   … Read more »