Archbishop’s Homilies
Our mission is to be servants – Archbishop
07/03/2023 Saint Paul's Co-Catherdal, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dan l-Evanġelju, għalina li magħżula b’responsabbiltà fil-komunità, huwa spunt ta’ riflessjoni u eżami tal-kuxjenza. Bil-Kelma tiegħu, il-Mulej jixtieq inaddafna minn kull pretenzjoni, minn kull għatx jew regħba għad-dinjità u għall-poter, u jrid ifakkarna fil-missjoni ta’ vera: “Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mt 23:11).
Aħna llum qegħdin infakkru u nitolbu b’suffraġju ta’ ragħaj tagħna, maħbub, li qeda l-poplu tiegħu għal snin twal… Read more »
The Lord cleanses us from all pretensions and invites us to deep humility – The Archbishop
07/03/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hu propju l-każ li nifhmu dak li jgħid is-saċerdot meta jaqra l-Evanġelju fil-quddiesa: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. Għaliex din il-kelma ta’ Ġesu hi diretta lilna li nipprietkaw, li nitilgħu fuq il-pulpti, nibda l-ewwel wieħed minni nnifsi. U l-Mulej qed jistaqsini: ‘Imma, ħabib, inti l-missjoni li aċċettajt għalfejn qiegħed tħaddimha? Biex tidher? Biex jgħidulek eċċellenza? Biex tkun Arċisqof ta’ Malta? … Read more »
Transform difficulties with love, patience, compassion and forgiveness – The Archbishop
Mass on the second Sunday of Lent
05/03/2023 The Parish Church of St Mary, GudjaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hu mument pjuttost intimu dan li għadna kemm smajna u li tant baqa’ mnaqqax fil-memorja, propju naqrawha fit-tieni Ħadd tar-Randan, f’din il-mixja li bdejna fl-Erbgħa tal-Irmied (diġà qegħdin fit-tieni Ħadd tar-Randan) u kull sena fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu wieħed mit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni.
L-ewwel nett tfakkarna li hemm leħen li jinstema’ biss, leħen li jgħidilna xi ħaġa għażiża dwar Ġesù u jgħidilna wkoll xi ħaġa li hi indirizzata lill-qalb tagħna: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt il-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu” (Mt 17:5)… Read more »
Look at our country, can we do better? – Archbishop
01/03/2023 Saint John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna, talli aċċettajtu l-istedina, fost il-ħafna ċelebrazzjonijiet, li ġustament qed tagħmlu bħala konklużjoni feliċi tal-istudji tagħkom; għażiltu wkoll dan il-mument ta’ talb. Intom tifhmu li din hi għażla libera, u li mhux bilfors hi għażla komuni, ordinarja. Nixtieqkom tapprezzaw u nawgura li mhix għażla formali, għax hekk nagħmlu, għax hekk isir. Jiena napprezza u nawgura li ddeċidejtu li tiġu għax tridu, u mhux ta’ frott formaliżmu fieragħ.
Il-kelma li nixtieq naqsam magħkom hi din l-awgurju, li waqt li tgawdu l-frott tax-xogħol tagħkom, intom tkunu dawl fis-soċjetà, u ta’ bidla tal-qalb… Read more »
Love does not count the cost – Archbishop
26/02/2023 Mother of Grace Sanctuary, ZabbarL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu” (Rum 5:17).
Dan il-kliem li smajna fit-tieni qari llum jagħti tifsira sabiħa għall-pellegrinaġġ li għadna kemm għamilna, imwennsin bil-preżenza għażiża tal-istatwa qaddisa u venerabbli tal-Madonna tal-Grazzja… Read more »
The Archbishop’s Homily: 28th February 2023
28/02/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaWho is your God? The wealth that comes from stones? – The Archbishop
Mass on the first Sunday of Lent with the rite of selection and naming of Catechumens
26/02/2023 The Parish Church of St Augustine, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Illum ippermettuli li f’din l-omelija ħin minnhom imbagħad nindirrizza wkoll diretttament lil dawn l-aħwa tagħna li se jirċievu l-magħmudija fl-Għid il-Kbir u li llum se jiktbu isimhom fil-ktieb ta’ dawk li qed jitħejjew għall-magħmudija. Peress li jifhmu bl-Ingliz ħin minnhom se nagħmel biċċa minn din l-omelija anke bl-Ingliż.
Imma l-ewwel nixtieq naqsam magħkom ħsieb propju li jispirani ftit mill-Evanġelju li għadna kemm smajna… Read more »
We should live the Lenten journey as a journey that liberates – The Archbishop on Ash Wednesday
Mass on Ash Wednesday
22/02/2023 The Church of the Immaculate Conception (Sarria), FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fil-bidu ta’ dan ir-Randan imqaddes il-Mulej ipprova jfehimna li dak li se nagħmlu f’din il-mixja qaddisa m’għandniex nagħmluh biex nidhru jew għal wiċċ in-nies. Isemmi tliet atteġġjamenti importanti ħafna f’din il-mixja tar-Randan. Isemmi l-karità. Isemmi t-talb u jsemmi s-sawm. Dawn huma tliet ingredjenti ta’ din il-mixja tar-Randan li jekk jiġu mill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna huma mixja sabiħa ta’ konverżjni u ta’ tiġdid… Read more »
A sign of a community that gathers together and creates beauty – The Archbishop
Inaugural speech on the second phase of the new ceiling paintings at the Senglea Parish Church
18/02/2023 The Basilica of the Nativity of Mary, SengleaIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Nixtieq ningħaqad mas-sentimenti ta’ gratitudni tal-Arċipriet, u ħadt pjaċir ukoll nisma’ din il-litanija ta’ tant nies ġenerużi, li l-ħidma tagħhom għenet biex wasalna għal dan il-jum memorabbli. Xejn ma jsir f’daqqa, u ħadd ma jagħmel xejn waħdu. Jekk hemm sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija, dan hu eżempju sabiħ.
Il-Papa jixtieq proċess kontinwu ta’ mixja flimkien… Read more »