I hope that during this Christmas we find the time to get closer to God – Archbishop
25/12/2022Eċċellenza, President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Abela; għażiża Georgia Mae; Dr Bernard Grech u Sinjura Grech. Ma nixtieqx ninsa lill-Ispeaker Dr Anglu Farrugia. Ningħaqad magħhom ilkoll biex inwassal tislijiet ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-poplu għażiż tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil min poġġiena f’dan l-ambjent straordinarju sabiħ ta’ dwal, ta’ festa, ta’ ferħ. U l-poplu li nġabar hawnhekk f’dan it-temp sabiħ, li ppermetta li aħna ngawdu dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied.
Qed nieħu pjaċir ukoll, li qrib tagħna għandna x-xbihat għeżież tal-Madonna bil-Bambin, u ta’ San Ġużepp… Read more »