Archbishop’s Homilies
Don’t let Good Friday stop you from being close to Jesus – Archbishop
03/03/2023 Parish Church, Raħal ĠdidL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett xtaqt nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla. Nixtieq ukoll li twasslu t-tislijiet tiegħi lil dawk li ma setgħux ikunu magħna llum. Hija ħaġa sabiħa li aħna u nippreparaw għall-jiem qaddisa tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, aħna ninġabru f’mument ta’ talb.
Għadna kemm tlabna t-talba tal-Via Sagra, u permezz tagħha akkumpanjajna lil Ġesù mill-kundanna tiegħu għall-mewt, sat-tislib tiegħu fuq is-Salib u d-difna tiegħu fil-qabar ġdid… Read more »
Life is full of uphills and downhills – The Archbishop
08/03/2023 Saint Joseph's Sanctuary, RabatL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kienu għaddew 40 jum mit-twelid ta’ Ġesù, u Ġużeppi ħa lill-omm u lit-tarbija Ġesù Ġerusalemm, kif titlob il-liġi. Mar biex jippreżenta lil dak li quddiem il-liġi kien ibnu, tant li San Luqa stess jirreferi għal Ġużeppi, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, bħala missieru: “missieru u ommu” (Lq 2:33). Mar Ġerusalemm biex jippreżenta lil Ġesù, kif trid il-liġi.
L-ewwel dettall li nixtieq noffri għal din ir-riflessjoni, li taħbat ukoll iċ-ċelebrazzjoni li qegħdin nagħmlu tas-60 anniversarju mill-inkurnazzjoni tax-xbieha għażiża ta’ San Ġużepp li seħħet fl-1 ta’ Mejju, imma qed nikkomemorawha llum, hija li l-offerta ta’ dan il-missier kienet offerta tal-fqar… Read more »
In Lent let’s give ourselves a chance to listen to Jesus and get to know him – The Archbishop
Mass on the third Sunday of Lent
12/03/2023 St George's Parish Church, Ħal QormiL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ġesù għajjien kif kien mill-mixi” (Ġw 4:6). L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’din is-sitwazzjoni ta’ Ġesù li flimkien mad-dixxipli qed iterraq, jiġi f’belt tas-Samarija u jaqbdu l-għatx. Id-dixxipli jmoru l-belt jixtru x’jieklu. Hi sitwazzjoni tagħna l-bnedmin tal-għatx u l-ġuħ.
Hawnhekk b’dan id-dettall l-evanġelista jurina min hu Bin il-bniedem, min hu Ġesù. Hu bniedem imma dak li għandu joffri jmur ’l hemm minn dak li jidher… Read more »
The Archbishop’s Homily: 9th March 2023
09/03/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaOur mission is to be servants – Archbishop
07/03/2023 Saint Paul's Co-Catherdal, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dan l-Evanġelju, għalina li magħżula b’responsabbiltà fil-komunità, huwa spunt ta’ riflessjoni u eżami tal-kuxjenza. Bil-Kelma tiegħu, il-Mulej jixtieq inaddafna minn kull pretenzjoni, minn kull għatx jew regħba għad-dinjità u għall-poter, u jrid ifakkarna fil-missjoni ta’ vera: “Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mt 23:11).
Aħna llum qegħdin infakkru u nitolbu b’suffraġju ta’ ragħaj tagħna, maħbub, li qeda l-poplu tiegħu għal snin twal… Read more »
The Lord cleanses us from all pretensions and invites us to deep humility – The Archbishop
07/03/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hu propju l-każ li nifhmu dak li jgħid is-saċerdot meta jaqra l-Evanġelju fil-quddiesa: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. Għaliex din il-kelma ta’ Ġesu hi diretta lilna li nipprietkaw, li nitilgħu fuq il-pulpti, nibda l-ewwel wieħed minni nnifsi. U l-Mulej qed jistaqsini: ‘Imma, ħabib, inti l-missjoni li aċċettajt għalfejn qiegħed tħaddimha? Biex tidher? Biex jgħidulek eċċellenza? Biex tkun Arċisqof ta’ Malta? … Read more »
Transform difficulties with love, patience, compassion and forgiveness – The Archbishop
Mass on the second Sunday of Lent
05/03/2023 The Parish Church of St Mary, GudjaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hu mument pjuttost intimu dan li għadna kemm smajna u li tant baqa’ mnaqqax fil-memorja, propju naqrawha fit-tieni Ħadd tar-Randan, f’din il-mixja li bdejna fl-Erbgħa tal-Irmied (diġà qegħdin fit-tieni Ħadd tar-Randan) u kull sena fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu wieħed mit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni.
L-ewwel nett tfakkarna li hemm leħen li jinstema’ biss, leħen li jgħidilna xi ħaġa għażiża dwar Ġesù u jgħidilna wkoll xi ħaġa li hi indirizzata lill-qalb tagħna: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt il-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu” (Mt 17:5)… Read more »
Look at our country, can we do better? – Archbishop
01/03/2023 Saint John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna, talli aċċettajtu l-istedina, fost il-ħafna ċelebrazzjonijiet, li ġustament qed tagħmlu bħala konklużjoni feliċi tal-istudji tagħkom; għażiltu wkoll dan il-mument ta’ talb. Intom tifhmu li din hi għażla libera, u li mhux bilfors hi għażla komuni, ordinarja. Nixtieqkom tapprezzaw u nawgura li mhix għażla formali, għax hekk nagħmlu, għax hekk isir. Jiena napprezza u nawgura li ddeċidejtu li tiġu għax tridu, u mhux ta’ frott formaliżmu fieragħ.
Il-kelma li nixtieq naqsam magħkom hi din l-awgurju, li waqt li tgawdu l-frott tax-xogħol tagħkom, intom tkunu dawl fis-soċjetà, u ta’ bidla tal-qalb… Read more »
Love does not count the cost – Archbishop
26/02/2023 Mother of Grace Sanctuary, ZabbarL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu” (Rum 5:17).
Dan il-kliem li smajna fit-tieni qari llum jagħti tifsira sabiħa għall-pellegrinaġġ li għadna kemm għamilna, imwennsin bil-preżenza għażiża tal-istatwa qaddisa u venerabbli tal-Madonna tal-Grazzja… Read more »