The true meaning of prayer is what comes out of the heart not what is said – the Archbishop
03/06/2024L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid” (Mk14:12). Din hi domanda li d-dixxipli jagħmlu lil Ġesù. L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li kien l-ewwel jum tal-Ażżmi meta kienu jissagrifikaw il-Ħaruf tal-Għid. U d-dixxipli jagħmlu din id-domanda lill-Mulej: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?” (Mk14:12).
L-Evanġelju ta’ San Mark jinsisti li l-kliem ta’ Ġesù: “Ħudu dan huwa Ġismi, dan huwa Demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna” (Mk 14:22,24) hu propju kliem li Ġesù qal waqt l-Ikla tal-Għid, waqt l-ikla li tiċċelebra il-ħelsien tal-poplu Lhudi li fih il-Mulej juri l-qawwa tiegħu u sseħħ il-wegħda tal-Mulej li jkun dejjem mal-poplu tiegħu… Read more »














