Archbishop’s Homilies

Jesus teaches us not to think only of ourselves – The Archbishop

Mass on the Jubilee of Grandparents and the Elderly

  The Parish Church of the Nativity of the Virgin Mary

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-dixxippli jitqanqlu mill-eżempju ta’ Ġesù. Kif ngħidu bil-Malti, il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar. Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob, bħalma kien imdorri jagħmel. L-Evanġelju jgħidilna li kien jibda l-ġurnata kmieni filgħodu jinġabar fit-talb u d-dixxippli kienu jinnutaw x’jagħmel l-Imgħallem. “Wieħed mid-dixxippli tiegħu qallu: ‘Għallimna nitolbu’” (Lq 11:1).

Ħa tkun din it-talba tagħna wkoll illum. Lil Ġesù nitolbuh jgħallimna nitolbu… Read more »

Our Lady leads us to the true path of wisdom, peace and joy – The Archbishop

Message to a group of youths from New Mexico's Neocatechumenal Way

  The Shrine of Our Lady of Mellieħa, Mellieħa

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Dear young people, as Archbishop of Malta, I welcome you to this sacred shrine, our diocese and our beautiful island. In Malta we have  two dioceses, the Archdiocese of Malta and the Diocese of Gozo across the sea, you can see Gozo from here, this is a high point.

This shrine is the most ancient shrine dedicated to our Lady on these islands… Read more »

Here is your Mother – The Archbishop

Mass on the eve of the feast of Our Lady of Sorrows

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mara, hawn hu ibnek” (Ġw 19:26).  Din il-kelma ta’ Gesù, illum nixtieq nimmaġinah, lil ommu, mhux biss jafdana f’idejha, imma jgħidilna wkoll, u jgħidilna fiex aħna. “Hawn hu ibnek, hawn hi bintek, hawn uliedek. Uliedek inkwetati minħabba n-nuqqas ta’ paċi fid-dinja. Uliedek li qegħdin jgħixu dan il-wied ta’ dmugħ u għandhom bżonn kelma ta’ tama.” Meta aħna nsellmulha fl-antifona b’talba sabiħa tas-Salve Regina, lill-Madonna nitolbuha tħares lejna b’din il-ħarsa ħelwa ta’ ħniena, tgħinna, lilna, li qegħdin ngħaddu minn dan il-wied tad-dmugħ u bil-ħarsa tagħha wkoll, tindikallna l-ħarsa ħanina ta’ Binha Ġesù… Read more »

Archbishop’s call: Take care of each other and live fully human lives

Mass during the Volleyball Marathon at the Sportsmen’s Jubilee

  Id-Dar tal-Providenza Chapel, Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq insellem lill-isportivi kollha li llum qegħdin jiċċelebraw il-ġublew tagħhom. Dan hu mument ta’ grazzja u ringrazzjament lil Alla għad-don tas-saħħa u tal-enerġija. Illum nitolbu wkoll għal dawk li f’din il-maratona tal-volleyball qegħdin jagħtu mhux biss mill-ħin u mill-enerġija tagħhom imma qed jagħtu wkoll kontribut lid-Dar tal-Providenza. Nixtieq minn issa nirringrazzja wkoll lil kull min qed isegwihom, lill-benefatturi ġenerużi ta’ din id-Dar li jagħtu kenn lil ħutna… Read more »

The Sacrament of Extreme Unction fortifies the soul and body – The Archbishop

Mass with the administration of the Sacrament of Extreme Unction

  Notre Dame Chapel, Lourdes, France

Ritratt:Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu” (Lq.1: 53-54).  Dan il-kliem li Marija qalet waqt iż-żjara tagħha lil Eliżabetta jagħtu sinifikat profond lil din l-esperjenza li għamilna f’dawn l-aħħar jiem.

Aħna għandna l-ġuħ tas-sewwa, l-ġuħ tal-verità tal-ġustizzja, tal-fejqan u Sidtna Marija tgħallimna nafdaw f’Alla li jimla’ b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ… Read more »

We pray to our Lady so that she will be the one to accompany us in our hour of death – The Archbishop

Mass with Maltese pilgrims in Lourdes

  The Grotto of Massabielle, Lourdes

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina li għamlilna Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, tirrepeti ruħha minn dan il-post għażiż ta’ kuljum: “Ejjew għandi intom li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Dan il-post mill-1858, Sidtna Marija kienet messaġġiera, ambaxxattriċi tal-istedina ta’ binha. Għax il-kelma tal-Madonna mhix ’il bogħod mill-kelma ta’ binha. Il-missjoni tagħha anke issa, reġina tas-sema u tal-art hi li tibqa’ ttenni l-kelma li qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu.” Għax l-omm taf li hi tant qrib il-qalb ta’ binha, li binha l-iben t’Alla magħmul bniedem jixtiqilna l-aqwa ġid… Read more »

The forgiveness Jesus taught us frees us from the evil that tries to rule us – The Archbishop

Mass with Maltese pilgrims attending the annual pilgrimage organised by UMTAL

  Notre Dame Chapel, Lourdes

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull meta nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù, hi sseħħ fostna. Il-kelma li jgħid Ġesù fis-sinagoga ta’ Nazaret, fejn kien trabba, isseħħ kull meta nisimgħu l-kelma tiegħu; din il-kitba seħħet illum intom u tisimgħu. Għalhekk is-smigħ tal-Kelma ta’ Alla li aħna niċċelebraw f’kull quddiesa, huwa mument għażiż ħafna. Il-kelma li nisimgħu, isseħħ, issir realtà. Illum Ġesù juża l-ktieb ta’ Isaija biex jagħtina l-programm ta’ ħajtu, tal-missjoni tiegħu, kif ukoll  jurina għaliex ġie fostna l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem… Read more »

Love is the true flavour of life – The Archbishop

  The Church of Maximilian Kolbe, Buġibba

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Agħmel hekk u tgħix” (Lq 10:28). Kemm hi sabiħa din il-kelma li Ġesù jgħid lil dan l-Imgħallem tal-Liġi, li meta Ġesù staqsieh x’hemm miktub fil-Liġi (u l-Liġi kienet serje ta’ mijiet ta’ liġijiet, mhux liġi waħda) jagħżel l-aqwa ħaġa: il-kmandament tal-imħabba. “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?[…] ‘Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha[…] u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek’” (Lq 10:26-27)… Read more »

Quality of life begins with having a place to live in dignity – The Archbishop

Message for the Press Conference on Affordable Housing

  The Mediterranean Conference Centre, Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onerevoli Prim Ministru u Ministru, personalitajiet distinti, l-ewwel nett grazzi ħafna ta’ din l-okkażjoni.

Hija xhieda konkreta li meta naħdmu flimkien, il-frott ikun ta’ benefiċċju għal kull wieħed u waħda minna. Illum nixtieq ninterpreta wkoll dak li qal il-Ministru, dak li qal Dr Jake [Azzopardi] – nirringrazzjak ħafna tal-entużjażjmu tiegħek. Lill-Prim Ministru dejjem ngħidlu: kull meta ltqajt miegħek dejjem kelli sens kbir ta’ tama, ta’ persuna li l-valuri tagħha huma valuri soċjali u li l-missjoni tagħha hija proprju li tagħti tama lil tant persuni li għandhom bżonn it-tama – tama li inti jkollok saqaf fuq rasek u bejta għall-imħabba u l-ħolm tiegħek… Read more »

Our mission is a healing mission of body and soul – The Archbishop

Mass on the 20th anniversary of the death of Pope John Paul II and the 35th anniversary of his pastoral visit to Malta in 1990

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn il-Ħdud ta’ din is-sena, matul is-sena qed naqraw l-Evanġelju ta’ San Luqa. San Luqa huwa ħabib tagħna l-Maltin u l-Għawdxin għaliex fiż-żewġ kotba li kiteb, l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, isemmina kif isemmi wkoll ir-rakkont tal-miġja ta’ San Pawl fostna.

Grati ħafna lejn dan l-Evanġelista li kien tabib, Luqa, li wkoll hu evanġelista missjunarju. Fl-Evanġelju u fl-Atti tal-Appostli, San Luqa jagħtina riflessjoni dwar il-missjoni ta’ min jieħu sehem dak kollu li ġabilna Ġesù… Read more »