“Illum huwa l-jum ta’ min għandu l-għatx għal Ġesù mingħajr ma jaf” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka
It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka
19/04/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
18 ta’ April 2019“Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien, tifhmu aktar ’il quddiem” (Ġw 13:7). Pietru ma jistax jifhem is-sinifikat profond tal-ħasil tar-riġlejn li l-Imgħallem jagħmel mad-dixxipli għeżież tiegħu. Hu li kien Alla, jiddeċiedi li jqum minn fuq il-mejda, ineħħi l-mantar minn fuqu, jieħu fardal, jorbtu ma’ qaddu u jibda jaħsel saqajn id-dixxipli…














