“Take the love of Jesus to the families of Floriana” – The Archbishop to the new Archpriest of Floriana
Mass on the installation of Fr Charles Cini as the new Archpriest of St Publius Parish in Floriana
24/04/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali tal-Furjana
11 ta’ April 2018“Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu” (Ġw 20:29). Din hija l-aħħar beatitudni li nisimgħu fl-Evanġelju. Diversi drabi l-Mulej Ġesù jsemmi l-barkiet: hemm il-barkiet tal-beatitudnijiet fuq il-muntanja, it-tmienja li huma; hemm il-barka li jgħid lil Pietru: “Ħieni int għax mhux id-demm u l-laħam għarrfek dan, imma Missieri” (ara Mt 16:17); hemm l-hena ta’ omm Ġesù: “Ħienja int li emmint dak li qallek il-Mulej” (ara Lq 1:45); u hemm din il-beatitudni li hija l-beatitudni tagħna “Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu.”
Aħna ma rajniex lil Ġesù jterraq fid-dinja, ma rajniex il-mirakli tiegħu, ma smajnihx jitkellem…