“Titbegħidx mill-qrar, ersaq lejn il-qrar” – Il-parir tal-Arċisqof għal dan ir-Randan
Pellegrinaġġ u Quddiesa bl-istatwa ta' Ġesù Redentur fl-Isla
30/03/2019-
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Knisja Parrokkjali, l-Isla
29 ta’ Marzu 2019Nixtieq l-ewwel nett insellem lil kull wieħed u waħda minnkom li ħadna sehem flimkien fil-pellegrinaġġ wara l-istatwa għażiża tar-Redentur, u anke lil kull min qiegħed jismagħni permezz tal-mikrofoni madwar il-belt tal-Isla, din il-parroċċa tant għażiża…














