‘May this place bring you closer to the Lord’ – The Archbishop to the residents of Corradino Correctional Facility
Omelija waqt Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin l-għada tal-Milied
28/12/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid
26 ta’ Diċembru 2018L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-Quddiesa. Illum qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Stiefnu. L-isem Stiefnu jfisser ‘kuruna’. Dan iż-żagħżugħ kien ġej minn kultura Griega u għalhekk ismu wkoll ġej mill-Grieg; kien intagħżel mill-appostli ma’ sitta oħra biex ikunu jistgħu jaqdu fl-imwejjed…