-
L-istqarrija ta’ Caritas Malta dwar il-ftehim taż-żieda fil-paga minima:1. Ninnutaw b’sodisfazzjon li ntlaħaq patt soċjali bejn l-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), il-Partiti Politiċi u il-Gvern; dan juri kemm huwa importanti id-djalogu soċjali;2. Dak li saħqet fuqu l-Caritas għal ħames snin sħaħ fl-aħħar sab l-appoġġ; inkluż mil-forzi xettiċi li permezz ta’ dan il-kunsens jaqblu li l-paga minima nazzjonali ma tiggarantixxix biżżejjed għal ħajja diċenti;3. Nifhmu li ried jinżamm bilanċ ta’ interessi li jikkompeti; biss, il-ftehim seta’ kien ikkundizjonat wisq mill-wages relativity u minħabba f’hekk l-effett taż-żieda mhux ser jinħass biżżejjed fl-immedjat;4. Ninnutaw li l-imsieħba soċjali stabilixxew mekkaniżmu li tiġi mogħtija żieda mandatorja wara l-ewwel u t-tieni sena fl-impjieg u mhux b’mod immedjat; fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħaddiema, li fil-maġġoranza assoluta mhumiex membri f’xi union tal-ħaddiema; fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħaddiema jokkupaw impjiegi low skilled, hemm bżonn ta’ ħafna viġilanza kontra abbużi sabiex il-ħaddiema ma jgawdux direttament miz-żieda maqbula. Madankollu l-Caritas tifhem li l-qbil bejn l-imsieħba soċjali qed jirrikonoxxi dan ir-riskju;5. Huwa pożittiv ħafna li ser jidħol mekkaniżmu li jirrevedi b’mod regolari kull erb’a snin il-Paga Minima Statutorja. Biss, it-twaqqif ta’ Low Wage Commission għandu jkollha wkoll rikonixximent u rappreżentanza tas-soċjetà ċivili;6. L-oġġettiv prinċipali ta’ dan il-qbil hu ta’ ġustizzja soċjali u mhux il-ġlieda kontra l-faqar. Iktar iva milli le, il-persuna fil-faqar mhux qed tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol. Bis-seħħ ta’ dan il-ftehim irid jkun hemm ukoll aġġustament awtomatiku u immedjat tal-benefiċċji soċjali sabiex jirriflettu dan iċ-ċaqliq.
-
Agħfas hawn biex taqra d-dokument kollu dwar il-pożizzjoni ta’ Caritas Malta fuq il-paga minima