Bishops Greeting

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Merċieqa u l-Isqof Annetto Depasquale laqgħu lin-nies għall-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Skond ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI, din is-sena hija ddedikata lis-saċerdoti u għalhekk, fost dawk li attendew għall-bdil tal-awguri, kien hemm 87 żgħażugħ li qed iħejju għas-saċerdozju. Minn dawn iż-żgħażagħ, 36 qed iħejju biex isiru saċerdoti djoċesani filwaqt li 51 huma reliġjużi minn 10 ordnijiet reliġjużi differenti.

F’diskors tal-okkażjoni l-Arċisqof Pawlu Cremona tkellem dwar il-grazzja ta’ kif Alla jsejjaħ u jsib min iwieġeb għas-sejħa tas-saċerdozju. Fil-kuntest tal-festa tal-Familja Mqaddsa, l-Arċisqof qal li s-sejħa tinbet f’qalb familja u għalhekk irringrazzja lill-ġenituri li qal iħallu spazju għas-sejħa li l-Mulej jagħmel lil uliedhom. Filwaqt li rringrazzja wkoll liż-żgħazagħ talli wieġbu għas-sejħa tal-Mulej, l-Arċisqof appella sabiex huma ma jingħalqux għal xi pjan partikolari li jaħsbu li jgħodd għalihom, iżda jkomplu jinfetħu u jintelqu f’idejn il-Mulej li qal, jagħtihom il-grazzja li jeħtieġu tul it-triq.

On Sunday 27th December 2009, Archbishop Paul Cremona OP, Archbishop Emeritus Joseph Mercieqa and Bishop Annetto Depasquale exchanged Christmas and New Year’s greetings with the public.

On this year dedicated to priests, a number of seminarians also attended this occasion. There are currently 87 seminarians, including 36 preparing to become diocesan priests and 51 members of 10 different religious orders.

Archbishop Paul Cremona OP spoke about the blessing of listening to God’s call to the priesthood. On the feast of the Holy Family, Archbishop Paul Cremona took the opportuniy to thank those families who help their sons listen to such a calling. Archbishop Cremona also urged all seminarians to have an open mind and heart to what God has planned for them, and not to simply limit themselves to what they believe suits them best. The grace to follow His calling, Mgr Cremona said, will accompany them along their journey.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: info@photocityonline.com

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.

Click on the photo to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be obtained from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: info@photocityonline.com