L-Arċisqof Charles J. Scicluna jirreferi għad-direttivi tat-12 ta’ Marzu li għadda u jfakkar li minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti f’pajjiżna, il-funerali għandhom isiru b’dan il-mod:
Is-saċerdot jakkumpanja lill-mejjet/mejta mill-kamra mortwarja saċ-ċimiterju, fejn issir it-talba u t-tislima tal-aħħar li s-soltu ssir fil-knisja (Ħuti għeżież, ta’ Nsara li aħna nagħmlu dmirna…) u t-talba li s-soltu ssir fiċ-ċimiterju.
Filwaqt li kollox għandu jsir b’dinjità u b’sensibilità kbira, wieħed m’għandux itawwal iżżejjed. Ġejna avviċinati mill-amministrazzjoni taċ-ċimiterju li għandhom ordnijiet biex id-dfin fiċ-ċimiterju ma jiħux fit-tul ħalli ma jkunx hemm nies miġbura f’daqqa għal tul ta’ ħin. Importanti li tinfurmaw b’dan lis-saċerdot li jkun qed jagħmel il-funeral.
✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju