Il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2016, saret Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr, wara l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmel Zammit, fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Il-korteo, li kien immexxi mill-Isqof Carmelo Zammit, telaq mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, akkumpanjat minn qraba u miż-żewġ baned tal-Gudja, il-Banda La Stella u l-Banda Marija Assunta, li wasslu lill-Isqof għall-Knisja Arċipretali ta’ Marija Assunta, il-Gudja. Wara, l-Isqof Zammit iċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla, flimkien mal-poplu tal-Gudja.