Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2013 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Crucis Nazzjonali li bdiet fit-8.00 p.m. It-tema kienet marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali bdiet minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, għaddiet mit-toroq tal-Belt Valletta u ntemmet bil-barka Ewkaristika quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis ġiet organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]