Bejn l-2007 u l-2009, quddiem l-Aġenzija Appoġġ spiċċaw medja ta’ 989 każ ta’ abbuż fuq it-tfal fis-sena. Fl-2007 l-għadd ta’ każijiet ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu riferuti lill-Aġenzija kien ta’ 1,060, waqt li fl-2008 dawn niżlu għal 854. Is-sena li għaddiet, dawn reġgħu żdiedu bi kważi 200, għal total ta’ 1,053. L-Aġenzija Appoġġ għad m’għandhiex ċifri dwar l-għadd ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu rrapportati lilha fis-sena li qegħdin fiha.

Dawn iċ-ċifri joħorġu minn tagħrif li tat dan l-aħħar fil-Parlament il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari li għamlilha d-Deputat Laburista Silvio Parnis.

Fit-tweġiba tagħha, il-Ministru ppreċiżat li ċ-ċifri li tat jirreferu għall-abbuż primarju li kien irrappurtat lill-Aġenzija Appoġġ.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com