Illum l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca. Matul din il‑Quddiesa u r‑Rużarju l‑Arċisqof ser jitlob bl‑interċessjoni ta’ San Ġorġ biex il‑Mulej ikompli jagħti lill‑pajjiżna d‑don tas‑saħħa. Din il‑Quddiesa ser tixxandar b’mod dirett fid‑9:30am fuq TVM2 u l-paġna ta’ Facebook. Wara l‑Quddiesa jixxandar dokumentarju ‘Il‑Bixra ta’ Dun Ġorġ’, bi produzzjoni tas‑soċjetà tal‑M.U.S.E.U.M.