-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf il‑Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il‑Konferenza Episkopali Maltija, u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala president ta’ din il‑kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin.
Il‑Kummissjoni Dottrinali ser tagħti l‑kontribut tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet marbuta mal‑fidi u l‑moralità Nisranija, u twassal ir‑riflessjoni tagħha lill‑Isqfijiet. Bil‑pariri tagħha, il‑Kummissjoni Dottrinali ser tgħin ukoll lill‑Konferenza Episkopali fit‑tħejjija ta’ dokumenti li jgħinu lill‑poplu f’Malta u Għawdex fuq diversi aspetti tal‑fidi Nisranija.
Il‑membri tal‑kummissjoni huma Rev. Prof. Joe Agius OP, Rev. Christopher Caruana OP, Dr Nadia Delicata, Rev. Dr Jonathan Farrugia, Rev. Dr Richard‑Nazzareno Farrugia u Dr Edward Warrington.