Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

It‑Tlieta 7 ta’ Settembru, lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra pontifikal statali b’tifkira taż‑żewġ assedji ta’ Malta, fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla.

L‑Erbgħa 8 ta’ Settembru, festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra pontifikal fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra pontifikal fil‑Knisja Arċipretali u Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar.

Il‑Ħadd 12 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa
fil‑Knisja tal‑Vitorja, Ħal Qormi. Din tixxandar fuq TVM2. Fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑għeluq tal‑kapitlu ġenerali tas‑sezzjoni tan‑nisa tal‑MUSEUM, fil‑kappella tad‑Dar Ġenerali, il‑Furjana.

It‑Tlieta 14 ta’ Settembru, festa tal‑Eżaltazzjoni tas‑Salib Imqaddes, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu),
il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Is‑Sibt 18 ta’ Settembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Birkirkara.

Il‑Ħadd 19 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa
fil-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Din tixxandar fuq TVM2. Fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Birkirkara.

It‑Tlieta 21 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra pontifikal statali f’Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħamis 30 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Awtorità tax‑Xandir, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.