
Il-Fakultà tat-Teoloġija flimkien mas-Segretarjat għal-Liturġija ser torganizza kors qasir ta’ 10 laqgħat dwar is-simboli li nużaw fil-liturġija, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-kors maħsub li joffri formazzjoni liturġika lil dawk li jaqdu xi ministeru liturġiku fil-knejjes tagħna.
Il-kors jibda b’talb qasira fil-kappella u wara titkompla t-taħdita fir-rifettorju. Il-kors jibda fis-6pm u jdum sagħtejn. Min jattendi jingħata ċertifikat ta’ attendenza maħruġ mill-Fakultà tat-Teoloġija u s-Segretarjat għal-Liturġija.
Min hu interessat japplika billi jibgħat fuq: [email protected] sas-27 ta’ Jannar 2020.
| 1 | 06/02 | Introduzzjoni għal-lingwaġġ liturġiku | Rev. John Berry |
| 2 | 13/02 | Il-mistagoġija: introduzzjoni għas-simbolu liturġiku | Rev. Glen Attard o.carm. |
| 3 | 20/02 | Il-ġesti liturġiċi: l-ilma ħaj. Il-karattaru simboliku tal-magħmudija | Rev. Martin Micallef ofm cap |
| 4 | 27/02 | Il-ġesti liturġiċi: l-ikel u x-xorb | Joseph Ciappara |
| 5 | 05/03 | Il-ġesti liturġiċi: iż-żejt simbolu ta’ fejqan u salvazzjoni | Rev. Stefano Attard |
| 6 | 12/03 | Il-ġesti liturġiċi – is-smigħ, proklamazzjoni, kant u silenzju | Rev. Paul Sciberras |
| 7 | 26/03 | Il-ġesti liturġiċi – tqum bilwieqfa, toqgħod bilqiegħda u għarkupptejk, tifrex idejk, trodd is-salib, timxi f’purċissjoni | Rev. Jesmond Manicaro |
| 8 | 02/04 | Simboli fl-arkitettura tal-knejjes tagħna: l-artal, l-ambone, is-sedja, il-battisterju, it-tabernaklu, il-bieb ta’ barra, il-post tal-ġemgħa | Rev. Nicholas Doublet |
| 9 | 23/04 | Simboli fl-arti Nisranija | Rev. Jonathan Farrugia |
| 10 | 30/04 | Simboli fl-arti Biżantina | Rev. Martin Zammit |




