Il-Fakultà tat-Teoloġija flimkien mas-Segretarjat għal-Liturġija ser torganizza kors qasir ta’ 10 laqgħat dwar is-simboli li nużaw fil-liturġija, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-kors maħsub li joffri formazzjoni liturġika lil dawk li jaqdu xi ministeru liturġiku fil-knejjes tagħna.

Il-kors jibda b’talb qasira fil-kappella u wara titkompla t-taħdita fir-rifettorju. Il-kors jibda fis-6pm u jdum sagħtejn. Min jattendi jingħata ċertifikat ta’ attendenza maħruġ mill-Fakultà tat-Teoloġija u s-Segretarjat għal-Liturġija.

Min hu interessat japplika billi jibgħat fuq: jesmond.manicaro@um.edu.mt sas-27 ta’ Jannar 2020.

106/02 Introduzzjoni għal-lingwaġġ liturġiku Rev. John Berry
213/02Il-mistagoġija: introduzzjoni għas-simbolu
liturġiku
Rev. Glen Attard o.carm.
320/02Il-ġesti liturġiċi: l-ilma ħaj. Il-karattaru
simboliku tal-magħmudija
Rev. Martin Micallef ofm
cap
427/02Il-ġesti liturġiċi: l-ikel u x-xorb Joseph Ciappara
505/03Il-ġesti liturġiċi: iż-żejt simbolu ta’ fejqan u
salvazzjoni
Rev. Stefano Attard
612/03Il-ġesti liturġiċi – is-smigħ, proklamazzjoni,
kant u silenzju
Rev. Paul Sciberras
726/03 Il-ġesti liturġiċi – tqum bilwieqfa, toqgħod
bilqiegħda u għarkupptejk, tifrex idejk,
trodd is-salib, timxi f’purċissjoni
Rev. Jesmond Manicaro
802/04Simboli fl-arkitettura tal-knejjes tagħna:
l-artal, l-ambone, is-sedja, il-battisterju,
it-tabernaklu, il-bieb ta’ barra, il-post
tal-ġemgħa
Rev. Nicholas Doublet
923/04Simboli fl-arti Nisranija Rev. Jonathan Farrugia
1030/04Simboli fl-arti Biżantina Rev. Martin Zammit