Nhar il-Ġimgħa 26 ta’Ottubru 2012 sar l-iffirmar ta’ żewġ Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tad-djar tal-anzjani tal-Knisja ta’ Dar Saura n-Naxxar u Casa Leone f’San Ġiljan. Iffirmaw dawn il-Ftehim: Mons Victor Grech, Delegat tal-Arċisqof u direttur tal-Caritas; is-Sur Paul Portelli, Direttur għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani; is-Sur Richard Saliba, Human Resources Manager; is-Sur Jason Deguara f’isem il-General Workers Union u s-Sur Karmenu Vella f’isem il-Professional and Service Employees Union. Dawn il-Ftehim jinkludu titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati li jaħdmu f’Dar Saura u Casa Leone. F’dawn id-djar tal-anzjani jaħdmu aktar minn mitt impjegat.

Click on the photos to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]